1 ta’ Jannar
• Richard Godfrey Attard ta’ 43 sena minn Birkirkara miet kawza ta’ diversi griehi gravi li sofra meta ttajjar minn karozza. L-accident gara nhar il-Hamis, 21 ta’ Dicembru 2006 f’San Giljan.
• Zaghzugh ta’ 19-il sena minn Naxxar, li kien passiggier f’karozza, iddahhal l-Isptar San Luqa fil-periklu tal-mewt wara li kien involut fl-ewwel accident serju tas-sena. Il-kaz sehh fil-4.50 a.m. fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.
• L-oghla awtoritajiet tal-pajjiz taw l-awguri lil xulxin fl-ewwel tas-sena. Fost dawn kien hemm l-amministrazzjoni tal-GWU.
• Marvin kien l-ewwel tarbija li twieled fl-2007 lill-koppja Maria u Godwin Grech miz-Zejtun.
2 ta’ Jannar
• Id-Dwana ta’ Malta kompliet bis-successi tas-sena ta’ qabel meta ufficjali sabu 8,000,000 sigarett tal-kuntrabandu mohbijin f’aktar minn 800 kaxxa f’kontejner li kien destinat lejn l-Afrika ta’ Fuq.
4 ta’ Jannar
• Il-pavimentar fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Birzebbuga kellu jerga’ jinqala’ mill-gdid minhabba li sar hazin u perikoluz.
5 ta’ Jannar
• Ragel ta’ 53 sena mill-Imqabba ammetta li kien seraq barmil zghir li kien fih aktar minn 4,000 Ewro ta’ turista Taljana meta din kienet qieghda tilghab fil-Casino Oracle fil-Qawra.
6 ta’ Jannar
• Eluf ta’ Maltin u turisti honqu l-Belt Valletta meta kienet organizzata l-attività ‘Lejl Imsahhar’.
9 ta’ Jannar
• Grupp ta’ immigranti llegali, 18-il ragel u mara kollha ta’ nazzjonalità Nigerjana, kienu ripatrijati lejn in-Nigerja flimkien ma’ 20 ohrajn li ngiebu mill-Italja. Kif waslu fl-ajruport ta’ Lagos, xi klandestini hebbew ghal zewg spetturi Maltin.
• Komplew ukoll l-atti vandali ta’ hruq ta’ vetturi. Karozza li nsterqet minn Haz-Zebbug instabet mahruqa f’Ghajn Tuffieha filwaqt li karozza ohra nghatat in-nar f’Ta’ Paris limiti ta’ Birkirkara.
• Madwar 17,000 ruh imlew l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali ghall-partita ta’ hbieberija bejn Birkirkara u AC Milan fejn it-tim Taljan hareg rebbieh bl-iskor ta’ 0-5.
10 ta’ Jannar
• L-Arcisqof Guzeppi Mercieca habbar li l-Kardinali u l-Isqfijiet membri tal-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin approvaw li l-Beatu Dun Gorg Preca ghandu jigi kanonizzat. B’hekk Dun Gorg se jkun l-ewwel Qaddis Malti.
• Trailer b’taghbija gholja gibed wajers ta’ l-elettriku b’konsegwenza li tliet arbli tad-dawl ingibdu f’daqqa u waqghu fit-triq fejn wiehed minnhom spicca bejn zewg karozzi. L-accident sehh qrib l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
11 ta’ Jannar
• Kwistjoni bejn il-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjali u l-Gvern waslet biex ma komplewx jinqatlu aktar majjali.
13 ta’ Jannar
• Missier ta’ 29 sena minn H’Attard u ibnu ta’ erba’ snin kienu salvati mill-Pulizija tal-Mobile meta kienu fil-periklu li jaqghu minn fuq l-irdumijiet ta’ l-Ahrax tal-Mellieha.
• Lm7,000 fi flus Maltin u barranin insterqu minn safe fil-fergha ta’ Cremona Exchange Bureau li jinsab fi Pjazza Savina fir-Rabat, Ghawdex.
14 ta’ Jannar
• Il-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett sfrattaw zewg serqiet minn Naxxar u mill-Mosta. Fin-Naxxar zewg hallelin inqabdu meta ppruvaw jidhlu f’dar privata fejn dak il-hin kien hemm tfajla ta’ 15-il sena wehidha, filwaqt li fil-Mosta l-halliel lehaq harab meta kien se jisraq minn showroom ta’ l-ghodda.
• Ragel ta’ 37 sena mill-Birgu kien salavat mill-Forzi Armati meta d-dghajsa li kien fiha nqalbet minn mewga kbira. Ir-ragel kien qieghed jistad qrib Ghar id-Dud f’Tas-Sliema.
15 ta’ Jannar
• Melchoir Spiteri ta’ 31 sena, li qieghed jiskonta sentenza ta’ 35 sena prigunerija, insatbitlu d-droga mohbija fil-hobz li allegatament kien se jghaddiha lil prigunier iehor.
• l-orizzont zvela li meta l-awtoritajiet Maltin u Taljani skortaw grupp ta’ Nigerjani lejn in-Nigerja, l-ajruplan ta’ l-Air Malta thalla aktar minn erba’ sighat ma jitlaq minn Lagos ghax xi hadd fin-Nigerja ried Lm16,000 ghall-fjuwil. Jidher li dan ir-ragel accetta xi sigaretti u l-hlas tal-fjuwil sar b’mod regolari.
16 ta’ Jannar
• Wara hamest ijiem il-Gvern u l-Koperattiva ta’ minn Irabbi l-Majjali waslu fi ftehim parzjali li bih il-KIM waqfet id-direttiva taghha u regghu bdew jinqatlu l-majjali.
• Ahmed Abdul Salem Rroum, Libjan ta’ 32 sena, intbaghat ghaxar snin habs u mmultat Lm10,000 wara li ammetta qabel ghadda guri fuq traffikar ta’ droga. Il-Libjan kien inqabad fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jipprova jddahhal nofs kilo droga eroina mohbija fiz-zarbun f’Novembru 2003.
17 ta’ Jannar
• Il-Kumitat Kontra l-Impjant ta’ Riciklagg f’Wied il-Ghajn ipprezenta rapport lir-rapprezentanta ta’ l-UE f’Malta, Joana Drake dwar l-ahhar laqgha tal-MEPA li fiha gie deciz li l-progett se jsir. Huma talbu lil Dr Drake biex dan ir-rapport tghaddih lill-Kummissarju Ewropew ghall Ambjent Stravos Dimas.
18 ta’ Jannar
• L-Arcisqof Guzeppi Mercieca sahaq fuq il-valuri tal-familja waqt l-omelija tieghu fil-Quddiesa ta’ Radd ta’ Hajr li koncelebra fi tmiem l-episkopat tieghu wara 30 sena jmexxi l-Knisja Maltija.
19 ta’ Jannar
• Gurnata ta’ accidenti gravi. Fil-4.45 p.m. zaghzugh ta’ 17-il sena minn Birkirkara kien fil-periklu tal-mewt wara li habat ma’ vann meta kien qieghed isuq ir-rota f’Birkirkara. Aktar tard ghal habta tad-9.00 p.m. f’Ghajn Dwieli f’Rahal Gdid, habta bejn zewg karozzi halliet liz-zewg sewwieqa wkoll fil-periklu tal-mewt.
• Nirien qerdu f’fabbrika f’Rikasli fil-Kalkara. Il-fabbrika, li kienet timmanifattura sapun u deodorants tal-marka Fà, kienet vojta wara li ttiehdet mill-Malta Industrial Parks.
20 ta’ Jannar
• L-Arcisqof il-gdid, Mons. Pawl Cremona, O.P., inghata merhba kbira miz-zghazagh meta mar fosthom f’Paceville.
• Il-Pulizija kienu impenjati jinvestigaw mill-inqas erba’ serqiet fosthom minn razzett fil-Mosta fejn insterqu 168 fenek u minn dak li kien l-istazzjon tar-radju Deutsche Velle minn fejn insterqu Lm1,100 fi flus u oggetti ohrajn. F’San Gwann anzjana sfat imbuttata u misruqa filwaqt li fil-Fgura anzjan iehor serqulu Lm650 fi flus u deheb mid-dar tieghu.
21 ta’ Jannar
• Madwar 8,000 tifel u tifla minn kull rokna ta’ Malta ippakkjaw it-tinda l-gdida f’Ta’ Qali li marru hemm biex jiltaqghu ma’ l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P.
• Il-Pulizija mill-Ghassa tal-Mosta qabdu halliel li kien ghadu kif dahal f’dar ta’ anzjana biex jisraq. Halliel iehor li kien mieghu rnexxielu jahrab.
22 ta’ Jannar
• Ragel ta’ 51 sena mis-Siggiewi kien fil-periku tal-mewt wara li waqa’ minn fuq il-mutur fil-Pjazza tas-Siggiewi. Zaghzugh, ukoll mis-Siggiewi, li kien riekeb bhala passiggier fuq l-istess mutur sofra griehi hfief.
• Marokkin ta’ 37 sena li prova jidhol Malta llegalment wara li stahba fuq vapur. Huwa nqabad mill-Pulizija tal-Belt u rega’ tpogga’ fuq l-istess vapur.
23 ta’ Jannar
• Il-parruccani tal-Knisja Gesù Nazzarenu f’Tas-Sliema taw lill-Arcisqof il-gdid, Patri Pawl Cremona OP, mitra bhala rigal.
24 ta’ Jannar
• Il-Pulizija kellhom juzaw il-forza biex nehhew membri tal-familja Dimech minn quddiem trakk biex is-suldati setghu jibdew inehhu struttura llegali fi Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug.
• Fl-ahhar diskors ufficjali tieghu, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca, qal li l-Knisja ma tiddejjaqx mill-kritika. Mons. Mercieca qal dan fl-omelija waqt quddiesa ghall-gurnalisti.
25 ta’ Jannar
• Lejlet li sar Arcisqof ta’ Malta, Mons. Pawl Cremona OP, inghata merhba minn kull fejn ghadda minn Tas-Sliema sa l-Imdina.
• Ragel ta’ 30 sena minn Giorgia kien fil-periklu tal-mewt wara li waqghet lasti tal-futbol fuqu fil-grawnd ta’ Manoel Island.
26 ta’ Jannar
• Patri Pawl Cremona OP inhatar ufficjalment Arcisqof ta’ Malta. Folol kbar honqu l-Belt Valletta biex isegwu l-funzjoni u jsellmu lill-Arcisqof il-gdid.
• Tfajla u ragel inqabdu separatament jippruvaw idahhlu fil-habs id-droga eroina mohbija f’banana.
27 ta’ Jannar
• Likwidu tossiku li ntefa’ fi sprall li hemm faccata tal-bini tal-Qorti seta’ kkawza spluzjoni fil-mini li hemm taht il-Belt.
29 ta’ Jannar
• L-ewwel zjara ufficjali ta’ l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. kienet lill-pazjenti, tobba, infermieri u impjegati ta’ l-Isptar San Luqa.
• Thabbret il-mewt tat-trejdunjonist veteran Karmenu Ellul Galea.
• L-Isqof ta’ Ghawdex, Mario Grech, qal li mhux kuntent bid-dewmien fl-inkjesta dwar l-allegat abbuzi f’Lourdes Home ta’ Ghajnsielem.
30 ta’ Jannar
• Zewg diretturi tal-kumpanija GMF Precast Ltd wehlu multa ta’ Lm11,000 wara li wiehed mill-impjegati tilef hajtu fuq il-post tax-xoghol. L-accident fatali sehh fis-6 ta’ Dicembru meta Dennis Gatt ta’ 46 sena minn Birkirkara safa mghaffeg bejn zewg planki.
31 ta’ Jannar
• Victoria, Valletta u Malta huma tliet ismijiet li nghataw lil tliet tigri li twieldu f’Ghawdex lil wahda mit-tigri tac-Circo Belluci.
2 ta’ Frar
• Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestaw Maltin u Sqalli b’konnessjoni ma’ sejba ta’ aktar minn kilo droga kokaina f’San Gwann.
3 ta’ Frar
• Olivia Lewis rebhet il-fesitival Kanzunetta ghall-Ewropa bil-kanzunetta “Vertigo”. Lewis gabet voti rekord ta’ 30,977.
• Zew g hallelin mghammdin u armati wettqu hold-up fuq sid ta’ banka tal-Lottu. Il-hold-up sehh fl-Isla fejn insterqu b’aktar minn Lm1,500 fi flus u kards tal-mowbajl.
6 ta’ Frar
• Membri tal-Protezzjoni Civili mit-Taqsima HAZMAT bdew ifittxu fil-bjar tal-hadid li hemm fil-mizbla tal-Maghtab ghal Christian Camilleri li kien ilu nieqes mis-26 ta’ Novembru 2006.
• Nirien hakmu l-istabbiliment tal-Pizza Hut fil-Belt kmieni filghodu filwaqt li tard wara nofs in-nhar l-istazzjon Radju Calypso li jinsab f’Bu gibba wkoll inhakem minn nirien. Fiz-zewg kazi hadd ma wegga’.
7 ta’ Frar
• Kompliet it-tfittxija ghal Christian Camilleri fil-bjar fil-Maghtab li ma halliet ebda rizultat.
• Aldo Sciberras, pustier li kien sofra griehi gravi f’accident fil-11 ta’ Marzu 1999, inghata kumpens ta’ Lm17,360 fuq ordni tal-Qorti.
8 ta’ Frar
• Erba’ hallelin wettqu hold-up spettakolari fuq zewg impjegati ta’ Diamonds International li jinsab fil-Luxe Pavillion f’San Giljan. B’kollox serqu madwar Lm100,000 fi djamanti, arloggi u oggetti tad-deheb. Il-hallelin kienu libsin uniformi ta’ membri tas-sigurtà u wara s-serqa abbandunaw il-vettura quddiem il-karozza tal-Pulizija faccata ta’ l-Ghassa ta’ San Giljan.
• Nirien ikkawzaw hsarat estensivi fil-gabbana li hemm fil-Pjazza ta’ Rahal Gdid.
9 ta’ Frar
• Immigrant illegali ta’ 37 sena mill-Eritreja residenti fic-Centru Miftuh tal-Marsa, safa ferut b’zewg tiri ta’ senter minn ra gel Malti li harab minn fuq il-post. Il-Pulizija kienet qieghda tfittex lil dan ir-ra gel.
10 ta’ Frar
• Keith Mizzi ta’ 19-il sena mill-Imsida miet f’accident tat-traffiku li sehh fi Triq iz-Zebbiegh fil-Mosta. Lawrence Muscat ta’ 27 sena wkoll mill-Imsida, li kien passiggier fl-istess karozza, kien fil-periklu tal-mewt filwaqt li koppja barraninija u tifla ta’ tmin snin korrew gravi meta l-karozza li kien qed isuq Mizzi dahlet f’taghhom head-on.
11 ta’ Frar
• Receptionist fil-Lukanda Pergola fil-Mellieha allega li matul il-lejl halliel mghammad u armat ghamel hold-up fuqu u seraqlu madwar Lm1,500.
12 ta’ Frar
• Il-Gvern waqqaaf it-tender ghall-apparat komputerizzat ghall-Isptar Mater Dei wara li l-Pulizija bdiet proceduri kriminali kontra Noel Xuereb li huwa impjegat fil-Ministeru ta’ l-Investiment, Industrija u Teknologija.
• Koppja residenti f’appartament f’Portomaso allegaw li nsterqulhom Lm38,500 f’arloggi, djamanti, mobiles u flus.
13 ta’ Frar
• Il-Magistrat Dr Antonio Mizzi canfar lill-Pulizija dwar kif mexxew l-arrest u l-prosekuzzjoni fil-konfront ta’ 35 tfajla barranin ghajr ghal wahda, li kienu mixlijin b’atti immorali. Il-35 ‘lap dancer’ gew illiberati mill-akkuzi kollha.
14 ta’ Frar
• Sar pass importanti biex Dun Gorg Preca jkun dikjarat qaddis wara li l-Papa Benedittu XVI approva d-digriet tal-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin.
15 ta’ Frar
• Anthony Rizzo rrizenja minn Kap Ezekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta.
• Il-Qorti Maltija approvat zwieg bejn persuna transesswali u l-partner taghha.
16 ta’ Frar
• Anzjana ta’ 63 sena mill-Mosta sfat mhedda b’pistola ma’ rasha minn zewg hallelin li ghamlu hold-up fuqha. Iz-zewg kriminali serqulha aktar minn Lm1,000 fi flus.
• L-MEP Laburista Louis Grech kien ivvutat bhala l-aqwa MEP Malti ghall-2006 mill-“Euroleague”.
• Inghata l-bidu ghar-renju tal-bluha tal-Karnival.
18 ta’ Frar
• Christian Mifsud ta’ 31 sena mir-Rabat miet fl-Isptar San Luqa kawza ta’ griehi gravi li sofra meta habat bil-mutur tieghu ma’ sigra. L-accident sehh f’Misrah San Duminku fir-Rabat.
19 ta’ Frar
• John Pace ta’ 42 sena minn Birkirkara beda ghaddej guri b’konnessjoni ma’ l-attentat ta’ qtil ta’ Cikku Fenech mill-Mosta. Il-kaz sehh fit-18 ta’ Mejju 2003 meta allegatament Pace spara seba’ tiri b’senter fid-direzzjoni ta’ Fenech.
20 ta’ Frar
• Residenti fix-Xemxija lmentaw li kienu f’periklu minhabba xoghol ta’ skavar li kien qieghed isir biswit ir-residenzi taghhom fix-Xemxija.
• Gie fi tmiemu r-Renju tal-Karnival bl-isfilata fi Triq Sant’ Anna fil-Floriana.
21 ta’ Frar
• Il-Pulizija sabet fdalijiet ta’skeletru uman kif ukoll xi hwejjeg f’barriera fin-Naxxar. zarbuna li nstabet fl-istess post kienet identitfikata bhal dik li kien liebes Christian Camilleri meta naqas fis-26 ta’ Novembru 2006.
• Bomba li tpoggiet mal-bieb tar-residenza ta’ Ian Azzopardi fi Triq is-Sajf fil-Mosta, ghamlet hsarat kbar kemm fid-dar ta’ Azzopardi kif ukoll f’diversi djar ohrajn. Azzopardi jahdem mat-Tax Compliance Unit.
• Wiehed mir-rizultati tal-Karnival qajjem protesti kbar fl-ufficcju tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor fil-Floriana. Aktar qabel tliet karrijiet li kienu qrib il-Muzew tal-Gwerra fil-Belt inqerdu minn nirien.
• Il-Pulizija kienet qieghda tinvestiga zewg serqiet separati. L-ewwel serqa saret mill-imhazen ta’ Agius Agriculture fl-Imgarr minn fejn insterqu b’madwar Lm4,000 f’ghodda. Serqa ohra saret fuq ricevitur ta’ banka tal-lottu li kien diehel id-dar fi Triq Callus fil-Mosta. Ir-ragel ta’ 54 sena ma sofra ebda griehi.
• Haddiema li kienu qieghdin jahdmu fl-estensjoni tac-cimiterju tal-Qrendi sabu bomba ta’ 500 kilo ta’ zmien it-Tieni Gwerra.
22 ta’ Frar
• Minn tfittxijiet li komplew jaghmlu l-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Civili fil-barriera fejn instabu fdalijiet umani, instabet il- gizirana u l-mowbajl ta’ Christian Camilleri.
• Il-Korp tal-Pulizija ssahhah b’135 kuntistabbli gdid fosthom 32 mara.
23 ta’ Frar
• Il-Papa Benedittu XVI habbar li Dun Gorg Preca se jkun konfermat Qaddis fit-3 ta’ Gunju 2007.
• Il-Pulizija u esperti forensici kienu qieghdin jezaminaw bir-reqqa l-kundizzjoni ta’ l-ghadam li nstab f’barriera u li x’aktarx huwa ta’ Christian Camilleri biex ikun determinat jekk iz-zaghzugh waqax minn gholi ta’ tmin sulari jew jekk il-kadavru tieghu tpoggiex fil-post.
• Madwar Lm6,000 insterqu f’hold-up li sar fuq impjegat ta’ Interbrand li qieghda fil-Qasam Industrijali ta’ San Gwann.
24 ta’ Frar
• Mijiet ta’ sewwieqa tal-muturi f’ gest sabih u b’memorja ghal habib taghhom Christian Mifsud, telqu minn Baystreet ghar Rabat bil-muturi taghhom. Id-dawra spiccat fil-Rabat fejn Mifsud tilef hajtu f’accident bil-mutur fit-18 ta’ Frar.
25 ta’ Frar
• Ic-Centru Miftuh ghar-refugjati u immigranti llegali f’Hal Far kien il-mira tal-hallelin minn fejn serqu apparat tal-kompjuter u cekkijiet.
26 ta’ Frar
• Hammadi Ben Abdallah Rumdani, klandestin Tunezin ta’ 46 sena, intbghat 28 sena habs wara li ammetta li fil-31 ta’ Awissu 2004 qatel lil Mohsen Ben Khediri Ben Ali ta’ 35 sena wkoll minn Tunez. Il-qtil sehh fil-Barracks tas-suldat f’Hal Safi.
• Il-Ministru Austin Gatt ipprezenta rizoluzzjoni dwar SmarCity fil-Parlament.
• Il-Ministru George Pullicino habbar li l-istagun ghall-kacca u l-insib fi Rebbiegha se tkun miftuha minkejja d-direttivi ta’ l-UE.
• Wara li John Pace ta’ 42 sena minn Birkirkara kien illiberat minn akkuza ta’ attentat ta’ qtil ta’ Cikku Fenech, izda nstab hati li garr arma minghajr il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija. Fuq din l-akkuza Pace wehel 21 xahar habs.
• Anzjan ta’ 73 sena mill-Qawra safa misruq b’aktar minn Lm3,700 fi flus, cards tat-telephone u apparat tal-fotografija.
27 ta’ Frar
• L-Unjin ta’ l-Infermiera u Qwiebel (MUMN) tat lill-Gvern sal-15 ta’ Marzu biex jilqa’ t-talbiet taghha qabel tirri g gistra tilwima industrijali.
28 ta’ Frar
• Victor Scicluna rrizenja minn Cermen ta’ l-MCESD.
• Halliel wettaq hold-up fuq spizjar f’Rahal Gdid meta heddu b’sikkina u seraqlu madwar Lm430.
1 ta’ Marzu
• Ian Galdes ta’ 24 sena minn Hal Qormi nstab mejjet fid-dar ta’ ommu kawza ta’ overdose tad-droga eroina. Galdes kien ilu li hareg mill-habs tliet xhur wara li skonta sentenza ta’ prigunerija meta kien involut f’hold-up f’Hal Qormi u li fih kien inqatel il-Kuntistabbli Roger Debattista.
• Xoghol ta’ kostruzzjoni kkawza hsarat estensivi fil-Knisja tal-Madonna tal-Grazzja f’Tas-Sliema fejn hargu konsenturi minn naha ghal ohra.
2 ta’ Marzu
• Zibel li nghata n-nar f’barriera qrib kamra tan-nar fl-Imqabba, ikkawza spluzjoni u dahna kbira tant li hafna hasbu li kienet taret il-kamra tan-nar.
3 ta’ Marzu
• Zewg hold-ups fuq zewg anzjani. L-ewwel hold-up sar fuq spizjar f’Santa Lucija fejn halliel mghammad u armat seraq Lm50. Il-hold-up l-iehor sehh fuq anzjana ta’ 67 mill-Kalkara fejn il-halliel aggredixxa lill-mara u anke heddida b’pistola. Dan il-halliel seraq Lm15 minn kexxun.
4 ta’ Marzu
• Thabbret il-mewt ta’ l-ixjeh persuna f’Malta. Ganmari Farrugia minn Had-Dingli miet fl-età ta’ 106 sena.
• Kompliet il-mewga tal-hold-ups fejn ghal darb’ ohra l-vittmi regghu kienu l-anzjani. Tliet hallelin mghammda u armati dahlu fuq koppja anzjani fi Triq Sant’ Antnin f’Tas-Sliema u filwaqt li heddewwhom serqulhom madwar Lm500 fi flus.
6 ta’ Marzu
• Is-Sindku tal-Hamrun, Luciano Busuttil, u l-familja tieghu kienu l-mira ta’ vandali li poggew tyres uzati mal-bieb tar-residenza taghhom u taht il-karozza u tawhom in-nar. Il-kaz sehh fis-1.15 a.m. fi Triq Santa Katerina f’Marsaxlokk.
• Grupp ta’ klandestini fic-Centru ta’ Detenzjoni f’Hal Safi kkawzaw hsarat waqt protesti. Il-klandestini kienu qieghdin jipprotestaw wara li s-suldati sabulhom hadid u armi mohbijin.
• Carmen Zammit inhatret bhala Kummissarju ghat-Tfal.
7 ta’ Marzu
• Gurnalisti u fotografi, fosthom ta’ l-Union Press, sfaw aggrediti minn numru ta’ kaccaturi fi tmiem protesta organizzata mill-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti. Dan l-attakk kien ikkundannat minn diversi ghaqdiet kif ukoll mill-Gvern u l-Oppozizzjoni.
8 ta’ Marzu
• Il-Pulizija sabu kadavru ta’ mara ta’ madwar 25 sena, li ma kinitx identifikata, fil-bahar qrib Ghar id-Dud f’Tas-Sliema. Il-mara inqatlet qabel ma ntefghet fil-bahar biex b’hekk il-Pulizija kellha l-ewwel qtil tas-sena.
9 ta’ Marzu
• Ragel identifika l-kadavru tal-mara li nstabet mejta fil-bahar f’Tas-Sliema. Il-mara hija ta’ nazzjonalità Russa bl-isem ta’ Larissa Safranova li kienet toqghod is-Swieqi.
• Fil-Mosta omm ta’ madwar 25 sena u ta’ nazzjonalità Torka allegat li zewgt irgiel barranin dahlu fuqha, aggredewa u sfurzawha tibla’ ammont ta’ pilloli.
10 ta’ Marzu
• Saru l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fi 22 lokalità f’Malta u Ghawdex. Il-Partit Laburista gab 53.2% tal-voti mitfughin filwaqt li l-Partit Nazzjonalista gab 43.9% u l-Aleternattiva u dawk indipendenti gabu 2.9%.
• Nigerjan ta’ 27 sena, Okolie Achomba, tressaq il-Qorti b’urgenza mixli bil-kaz ta’ l-omm Torka, Dilek Tasche, li sfat aggredita u sfurzata tibla’ l-pilloli.
11 ta’ Marzu
• Wara r-rebha kbira tal-Partit Laburista fl-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, Alfred Sant qal li l-hames rebha nfila ghall-Parit Laburista turi l-herqa ghal bidla fit-tmexxija tal-pajjiz.
• Minn naha l-ohra l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u kap tal-Partit Nazzjonalista cekken il-prezent b’weghdi tal-futur.
• Halliel mghammad u armat wettaq hold-up fuq spizjar f’Hal Ghaxaq fejn seraq Lm200.
12 ta’ Marzu
• Anzjana ta’ 62 sena minn Tal-Pietà nstabet marbuta mal-poggaman tat-tarag fejn thalliet lejl shih wara li zewg hallelin ghamlu hold-up fuqha. Iz-zewg hallelin serqu aktar minn Lm5,000 fi flus kif ukoll ammont ta’ oggetti tad-deheb.
• Dilek Tasche, l-omm Torka li allegatament sfat aggredita minn zaghzugh Nigerjan, kompliet tallega li dakinhar sfat misruqa Lm240 u anke giet mhedda li kienu ghamlulha bomba mal-karozza taghha. Tfittxija ghall-bomba rrizultat fin-negattiv.
13 ta’ Marzu
• L-eks-Imhallef Patrick Vella ntbghat sentejn habs wara li ammetta qabel beda ghaddej guri dwar akkuzi ta’ tixhim. Patrick Vella kien accetta somma flus biex tnaqset sentenza ta’ pri gunerija ta’ Mario Camilleri maghruf bhala “l-Imniehru”.
• Il-Pulizija mill-Ghassa ta’ Rahal Gdid qabdu lill-“allegat halliel ta’ l-ispizeriji”. Rodney Casha ta’ 23 sena minn Rahal Gdid kien arrestat ftit qabel ma kien se jwettaq hold-up iehor.
• Il-MEPA harget avviz ta’ twaqqiegh ta’ kmamar illegali fil-Bajja tal- Gnejna.
14 ta’ Marzu
• L-Assocjazzjoni Medika Maltija (MAM) u l-Unjin ta’ l-Infermiera u Qwiebel (MUMN) inghaqdu u ghamluha cara li jekk ma jsirx ftehim mal-Gvern dwar ic-caqliq lejn l-Isptar Mater Dei, se jkunu kostretti biex jghidu lill-membri taghhom biex ma jiccaqalqux u jibqghu fl-Isptar San Luqa.
15 ta’ Marzu
• Il-Kummissarju Ewropew ghall-Ambjent, Stavros Dimas, wissa lill-Gvern Malti li jekk Malta ma tkunx konformi mad-direttiva ta’ l-ghasafar ghar-Rebbiegha, Il-Kummissjoni se tiehu passi kontra Malta.
16 ta’ Marzu
• Il-Kummissarju Ewropew ghall-Ambjent, Stavros Dimas, qal li Malta ma talbet l-ebda deroga dwar il-kacca fir-rebbiegha izda l-Gvern Malti ghamel id-deroga wahdu.
• Il-Pulizija u membri tad-Dwana qabdu lil Benedict Nyumah ta’ 32 sena minn Liberja u jghix l-Ingilterra b’aktar minn 700 gramma kokaina mohbijin fi 68 kapsula fl-istonku tieghu. Nyumah inqabad fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif wasal f’pajjizna.
19 ta’ Marzu
• Mara ta’ 26 sena allegat li sfat stuprata minn tliet irgiel barranin f’Albert Town. Il-mara allegat ukoll li l-irgiel jghixu fic-Centru Miftuh li hemm fil-Marsa.
20 ta’ Marzu
• Il-Parlament ivvota unanimament favur il-mozzjoni mressqa mill-Gvern dwar trasferiment ta’ l-art f’Rikasli ghal SmartCity.
21 ta’ Marzu
• Il-Kummisjoni Ewropea twissi lil Malta dwar it-taxxa ta’ registrazzjoni ta’ karozzi wzati.
• Konsulent ta’ l-ADT, il-Professur Enrich Semar, qal li f’dawn l-ahhar ghaxar snin il-Gvern ma ghamel xejn dwar l-esperti fil-qasam tas-servizzi u kien biss Gvern Laburista li harreg in-nies.
• Vandali tefghu fliexken tal-plastik mimlijin zejt uzat tal-karozzi fir-Rizerva ta’ l-Ghadira.
24 ta’ Marzu
• Adrian Borg ta’ 32 sena mill-Qawra tilef hajtu f’accident tat-traffiku fi Triq Burmarrad bejn il-Mosta u Burmarrad. Borg kien qieghed isuq mutur meta baqa’ diehel fuq wara ta’ karozza.
• Turist Skocciz, Vincent Bicozzi ta’ 62 sena, kien qieghed jghodos qrib Anchor Bay limiti tal-Mellieha meta hassu hazin. Huwa miet ftit wara li tella’ fuq il-moll fejn hemm il-Popeye Village.
•Il-Pulizija mill-Ghassa ta’ Hal Qormi solvew serqa li sehhet ftit tas-sieghat qabel mill-Kazin tal-Partit Nazzjonalista fis-Siggiewi.
• L-Arcisqof ta’ Malta Pawl Cremona O.P. iltaqa’ mal-Papa Benedittu XVI f’Ruma.
26 ta’ Marzu
• Turisti dizgustati bis-sitwazzjoni tal-kamra mortwarja ta’ l-Isptar San Luqa fejn il-qraba ta’ vittmi jkollhom jistennew barra bil-qieghda qalb il-hmieg tal-hamiem u mbarazz iehor. Dan ghax ma hemmx kamra apposta fejn jistennew.
• Il-periklu li spiss jinholoq minn zbroff ta’ xaham fil-Marsa, halla konsegwenzi ghal sewwieq ta’ mutur li skiddja u kellu jiddahhal l-Isptar San Luqa ghall-kura.
28 ta’ Marzu
• Grupp ta’ klandestini mizmumin fic-Centru ta’ Detenzjoni f’Lyster Barracks protestaw wara li wiehed minnhom wegga’ f’tentattiv ta’ harba. Ghal xi hin xi suldati nzammew mill-istess klandestini kontra l-volontà taghhom.
29 ta’ Marzu
• Akonola Johnson ta’ 34 sena minn Sierra Leone tressaq il-Qorti b’konnessjoni mal-protesti vjolenti f’Lyster Barracks.
30 ta’ Marzu
• L-Arcisqof Pawl Cremona OP, mexxa l-purcissjoni tad-Duluri li bdiet mill-Knisja ta’ Giezu fil-Belt.
• Dr Mario Scerri, espert fil-Medicina Forensika, u Joseph Mallia, espert fil-marki tas-swaba’, inhatru mill-Gvern Libjan biex jinvestgaw forensikament qtil fi Tripli.
31 ta’ Marzu
• Malta fakret Jum il-Helsien b’cerimonja fuq l-Gholja tal-Helsien fil-Birgu.
1 ta’ April
• Zewg tfajliet sabu tarbija tat-twelid li kienet abbandunata f’kaxxa taz-zraben fi Triq Gulliermu f’Bormla. Aktar tard l-omm, tfajla ta’ 19-il sena minn Bormla, ittiehdet l-isptar ghall-kura minn xi qraba. It-tarbija baqghet tinzamm l-isptar.
• Ghaddas barrani ngieb Malta bil-helikopter wara li sab ruhu f’diffikultajiet meta kien qieghed joghdos f’Marsalforn. Ir-raguni li ngieb Malta kienet ghax id-Decompression Chamber li gie inawgurat f’Dicembru ma kienx jiffunzjona.
2 ta’ April
• Il-kandidat indipendenti, Nigel Holland, kien elett Sindku tal-Floriana f’laqgha storbjuza.
3 ta’ April
• Zewg haddiema korrew gravi meta ceda saqaf ta’ dar fi Triq iz-Zinzell f’Hal Qormi.
• Il-Pulizija kienet qieghda tinvestiga att vandalu fejn il-karozza tal-Kunsillier Laburista fil-Floriana, Brian Zammit, inghatat in-nar.
4 ta’ April
• L-UE immultat lil Malta Lm123,638 minhabba hazna zejda ta’ prodotti tal-halib.
6 ta’ April
• Ivan Psaila ta’ 32 sena minn Rahal Gdid instab mejjet kawza ta’ overdose tad-droga eroina f’appartament fi Triq is-Sorijiet f’Rahal Gdid.
• Aktar tard il-Pulizija kienu wkoll informati li f’Wied id-Dis fil-Madliena kien hemm zaghzugh ta’ 23 sena li kien mejjet. Edward Gribbon mis-Swieqi kien fil-kumpanija ta’ xi hbieb meta miet. Irrizulta li l-mewt kienet wahda naturali.
• Erba’ klandestini nqabdu mis-suldati tas-‘C’ Company wara suspett fi trakk li kien qieghed igorr ghaxar klandestini. Dawn l-erba’ rrizulta li kienu harbu minn centri ta’ detenzjoni.
8 ta’ April
• Daniel Gauci ta’ 24 sena minn Hal Lija miet f’accident tat-traffiku quddiem il-Lukanda Coastline fejn kien jahdem bhala kok part-tajm. Gauci kien suldat u kien ilu membru tal-Forzi Armati minn Novembru 2006.
• Klandestin ta’ 18-il sena mill-Eritrea kien fil-periklu tal-mewt kawza ta’ griehi gravi li sofra meta waqa’ fil-grawnd tal-futbol f’Lyster Barracks f’Hal Safi. Iz-zaghzugh kien qieghed jilghab il-futbol flimkien ma’ grupp ta’ klandestini ohrajn.
9 ta’ April
• Fi spazju ta’ erbat ijiem kellna overdose iehor fatali kawza tad-droga eroina. Ragel ta’ 40 sena minn Ta’ Giorni nstab mejjet f’kamra fl-Iskola tal-Libjani f’Ta’ Giorni.
• Il-Prim Imhallef Vincent de Gaetano ma laqax l-appell ta’ Lewis Muscat, Malti-Amerikan imfittex fl-Istati Uniti dwar allegat kaz ta’ pedofelija u ghalhekk ordna biex jintbghat lura lejn l-Istati Uniti.
10 ta’ April
• Spluzjoni ta’ cilindru tal-gass faqa’ saqaf ta’ l-impjant tal-Multigas f’Hal Kirkop.
• Anzjan ta’ 76 sena minn Tas-Sliema kien misruq iktar minn Lm9,000 f’hold-up li sar minn tliet hallelin f’Ta’ Xbiex.
• Waslu Malta l-ewwel klandestini ghal din is-sena. Grupp ta’ 28 ragel dahlu f’Marsaxlokk.
11 ta’ April
• Tliet tragedji f’sitt sieghat. Carmelo Grech ta’ 56 sena minn Hal Safi, haddiem mal-Korporazzjoni Enemalta, tilef hajtu wara li waqa’ minn gholi ta’ madwar zewg sulari f’Wied il-Ghajn. Mark Cefai ta’ 33 sena minn Hal Qormi nstab mejjet kawza ta’ overdose ta’ droga eroina f’kamra fejn kien joqghod f’Wied il-Kbir f’Tal-Handaq u f’Ghawdex ragel barrani tilef hajtu meta ghereq ftit wara li qabez il-bahar fl-inhawi ta’ Ghar Qawqla limiti ta’ Marsaflorn.
• Il-Ministru Michael Frendo kien nominat ghal Segretarju Generali tal-Commonwealth.
• Zewg kriminali wettqu hold-up fuq mara ta’ 46 sena minn Haz-Zabbar li sfat aggredita u misruqa fir-residenza taghha u fil-prezenza ta’ zewg neputijiet zghar.
12 ta’ April
• Operatur ta’ krejn u anzjan helsuha hafif f’zewg accident separati. F’Tas-Sliema operatur ta’ krejn sofra griehi hfief meta l-kejn li kien fih gheleb. F’Santa Venera anzjan helisha mill-mewt meta zewg soqfa sfrondaw meta kien ghadu fis-sodda.
13 ta’ April
• Kompla s-serq din id-darba mill-ufficini tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara fejn hallelin serqu flus u xorb alokoholiku.
• Ufficjali tad-Dwana sabu zew g pistoli u munizzjon f’bagalja ta’ passiggier Malti li kien ghadu kif wasal bil-katamaran minn Pozzallo. Barra l-arma u l-munizzjon instablu wkoll kwantità ta’ xorb alkoholiku.
14 ta’ April
• Turist Franciz ta’ madwar 50 sena kien fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza meta kien qieghed jaqsam it-triq f’Bormla.
15 ta’ April
• Il-Pulizija ta’ Ghawdex waslet f’konkluzjoni li r-ragel barrani li ghereq f’Marsalforn fil-11 ta’ April, kien klandestin li harab minn Centru ta’ Detenzjoni madwar sentejn qabel.
• Il-Kummissjoni Ewropea wissiet lill-Gvern Malti dwar l-incineratur ta’ l-Isptar San Luqa.
16 ta’ April
• Jean Filep Castellano ta’ 58 sena, it-turist Franciz li ntlaqat minn karozza nhar is-Sibt, 14 ta’ April, miet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar San Luqa.
• Zaghzugha ta’ 24 sena mir-Rabat Ghawdex kienet aggredita minn grupp ta’ rgiel qrib il-fergha tal-Maltapost li tinsab fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat, Ghawdex. L-attakk sehh ghal habta tat-3.00 a.m.
• Haddiem ta’ 57 sena mill-Mellieha sofra griehi gravi wara li tarag tal-konkos waqa’ fuqu. L-accident sehh fil-Mellieha stess.
17 ta’ April
• Tragedja fil-Hamrun meta saqaf tal-konkos li kien ghadu kif inghata frisk u li fuqu kien hemm zewg haddiema sfronda b’konsegwenza li zewg haddiema mietu midfunin taht il-konkos u x-xibka tal-hadid. Iz-zewg vittmi huma Godwin Buhagiar ta’ 44 sena mis-Siggiewi, missier ta’ erbat itfal, u Sloban Drjlic ta’ 22 sena mill-Bosnja.
19 ta’ April
• Pietru Sammut ta’ 73 sena minn Hal Qormi tilef hajtu wara li waqa’ minn fuq turetta ta’ bejt gholi ta’ erba’ sulari. L-accident sehh f’Hal Qormi meta l-anzjan kien qieghed jirranga tank ta’ l-ilma ta’ gara.
21 ta’ April
• Il-GWU niedet inizjattiva gdida, dik li tmur u tiltaqa’ mal-familji tal-haddiema f’postjiet pubblici. L-ewwel post kien il-monti f’Hal Qormi.
23 ta’ April
• Lm13,000 fi flus insterqu f’hold-up li sar fuq sid ta’ pompa tal-petrol fiz-Zurrieq.
• Il-kappella ta’ Hal Farrug garbet hsarat minn nirien li x’aktarx bdew minn xemgha li thalliet mixghula.
• Kien iffirmat il-ftehim dwar SmartCity bejn il-Gvern u l-kumpanija TECOM.
24 ta’ April
• Il-Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni ghas-Servizzi Socjali, Joe Gerada, wissa li l-access ghal-loghob ghall-flus ghaz-zghazagh sar theddida facli.
25 ta’ April
• Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga sabu 29,000 pillola ecstasy f’appartament fil-Qawra. Dwar din is-sejba kienu arrestati ragel ta’ 32 sena mill-Mosta u tfajla ta’ 18-il sena mir-Rabat.
26 ta’ April
• Sonny Portelli inhatar Cermen ta’ l-MCESD. Hu ha post Victor Scicluna.
• Jason Cassar ta’ 32 sena minn Bugibba tressaq il-Qorti b’konnessjoni mal-kaz ta’ madwar 29,000 pillola ecstasy li nstabu fl-appartament tieghu. Cassar talab biex ma jinzammx il-Habs ghax il-post mhux nadif.
27 ta’ April
• Kompliet il-glieda kontra t-traffikar tad-droga bil-Pulizija tarresta zewgt irgiel, Malti u Tunezin, b’konnessjoni ma’ kilo droga kokaina. Min-naha l-ohra d-Dipartiment tad-Dwana qabdu Libjan fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’kilo u nofs droga eroina.
• Zewg hallelin wettqu hold-up fuq ragel ta’ 53 sena minn Rahal Gdid li jahdem bhala skrivan. Il-hold-up sehh f’kamra temporanja li tintuza bhala ufficcju fuq il-Pont Manwel Dimech f’San Giljan. B’kollox insterqu Lm4,000 fi flus u Lm2,000 f’cekkijiet.
29 ta’ April
• Ragel ta’ 52 sena minn San Gwann kien arrestat fuq allegat abbuz ta’ tliet minorenni fosthom in-neputija tieghu. Dan l-allegat abbuz kien ilu ghaddej madwar seba’ snin.
• Manwela Luise Korman ta’ 38 sena ta’ nazzjonalità Germaniza mietet wara li kienet ilha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva mill-21 ta’ April. Il-Germaniza habtet rasha meta nizlet minn karozza tal-linja fil-Mosta.
• Ghall-ewwel darba fl-istorja tieghu, it-tim tal-futbol ta’ Marsaxlokk rebah il-kampjonat tal-Premier.
30 ta’ April
• Il-Pulizija mid-DIK sabu garaxx f’Haz-Zebbug li kien fih 50 pjanta tal-kannabis ikkultivati.
1 ta’ Mejju
• Eluf ta’ nies imlew Misrah il-Helsien fil-Belt Valletta ghall-manifestazzjoni ta’ Jum il-Haddiem orgnaizzata mill-Partit Laburista. Fi tmiem il-manifestazzjoni sare kuncert fejn hadu sehem kantanti Maltin u barranin fosthom it-Taljan Toto Cotugno.
• Hames swali fl-Isptar San Luqa nghalqu wara li madwar 50 pazjent sfaw avvelenati mill-ikel u ilma.
2 ta’ Mejju
• Bdiet tithaddem is-sistema tas-CVA li biha kull karozza li tidhol il-Belt Valletta u ddum iktar minn 30 minuta tircievi kont id-dar.
3 ta’ Mejju
• Erba’ haddiema sofrew xi griehi meta tnejn minnhom waqghu gholi ta’ sitt sulari u tnejn ohrajn waqghu gholi ta’ zewg sulari. L-accident sehh fiz-zona Industrijal ta’ l-Imriehel.
4 ta’ Mejju
• Inqas minn 20 siegha wara l-accident ta’ l-Imriehel sehh accident iehor fuq il-post tax-xoghol f’Bugibba meta faccata ta’ lukanda cediet fuq hi-up li fil-kabina kien ghad hemm haddiem li sofra biss griehi hfief.
5 ta’ Mejju
• Bastjan Borg ta’ 52 sena, maghruf bhala “Bastjan tax-Xott”, miet wara li l-Pulizija kienu kostretti jisparawlu wara li allegatament attakahom b’mus.
6 ta’ Mejju
• Hallelin serqu madwar Lm200 minn safe tal-Gozo Channel li hemm fil-Port ta’ l-Imgarr, f’Ghawdex.
• Bejjiegha tal-Monti ghal xi hin wara nofs in-nhar immblukkaw Triq il-Fran bi protesta wara li l-Gvern ordnalhom jarmaw fil-Foss ta’ San Gakbu.
• Mijiet ta’ devoti ta’ Dun Gorg Preca marru jqimu li-korp tieghu li kien espost fl-Awditorju fil-Blata l-Bajda.
7 ta’ Mejju
• Inqas minn 24 siegha wara li l-President il-gdid ta’ Franza, Nicolas Sarkozy, kien elett gie Malta mal-familja tieghu bil-mohbi biex jistrieh.
• Antoine Cassar ta’ 24 sena miz-Zurrieq intbghat tliet snin habs wara li nstab hati ta’ wahda mill-akbar fatalità fit-toroq Maltin. Cassar kien is-sewwieq ta’ karozza li kienet involuta f’accident fl-1 ta’ Ottubru 2005 u li fih kienu mietu hames zghazagh mill-Qrendi.
8 ta’ Mejju
• Theddida ta’ bomba fid-Dipartiment ta’ l-Outpatients ikkawzat kancellament ta’ mijiet ta’ appuntamenti.
9 ta’ Mejju
• Vandali ghamlu hsarat kbar fil-Mellieha fejn tqacctu, tkissru u ssegaw madwar 3,000 sigra li kienu fis-sit ta’ afforestazzjoni “Foresta 2000”. Vandali ohrajn ghamlu hsara f’irhama fi Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug fejn insterqu l-hames ritratti taz-zghazagh li miet f’accident tat-traffiku.
10 ta’ Mejju
• Wara li kien irrapportat li nqatel tajr protett, il-Gvern waqqaf il-kacca b’effett immedjat ghaxart ijiem qabel ghalaq l-istagun.
• Olivia Lewis bil-kanzunetta “Vertigo” ma rnexxielix tghaddi ghall-finali tal-Eurovision Song Contest f’Helsinki fil-Finlandja.
12 ta’ Mejju
• Minkejja li ma kkwalifikatx ghall-finali tal-Eurovision, Olivia Lewis inghatat merhba kbira fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta meta rritornat mill-Finlandja.
• Romina Abela ta’ 30 sena miz-Zejtun mietet fl-Isptar San Luqa wara li s-Sibt, 11 ta’ Mejju belghet hafna ilma meta kienet qieghda tghum fil-Bajja ta’ l-Ghadira fil-Mellieha.
13 ta’ Mejju
• Il-Pulizija arrestaw diversi persuni, fosthom tliet Marokkini u xi Maltin b’konnessjoni ma’ traffikar ta’ persuni minn u lejn Malta.
15 ta’ Mejju
• Il-Bejjiegha tal-Monti tal-Belt okkupaw Misrah il-Helsieni matul il-lejl bhala protesta.
• L-eks-Imhallef Patrick Vella rtira l-appell li kien ghamel wara li kien ikunndanat sentejn prigunerija.
16 ta’ Mejju
• Ghalkemm il-Kummissjoni Ewropea habbret li Malta lahqet il-kriterji biex mill-1 ta’ Jannar 2008 tidhol fiz-zona Ewro, xorta kien ghad hemm thassib fuq diversi punti.
• Eks-Deputat iehor Nazzjonalista, Josie Muscat, ukoll ikkritika l-ispiza esagerata dwar l-Isptar Mater Dei.
17 ta’ Mejju
• Il-GRTU wissiet li l-protesti li kienu qieghdin jaghmlu l-bejjiegha tal-Monti f’Bieb il-Belt, setghu iwasslu ghal terrorizmu u vjolenza.
• Il-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti apellaw lill-membri taghhom biex juzaw il-vot fl-ahjar interess taghhom.
18 ta’ Mejju
• Intlahaq ftehim bejn il-Gvern u l-bejjiegha tal-Monti li accettaw li jibdew jarmaw fejn ippropona l-Gvern u cioè fi Triq Merkanti mis-Suq l-Antik ’l isfel.
• Klandestin kien salvat mill-bahar wara li dghajsa li kien fuqha inqalbet. Huwa allega li mieghu kien hemm grupp ta’ madwar 30 klandestin iehor li gherqu kollha.
20 ta’ Mejju
• Seba’ karozzi li kienu pparkjati fi Triq il-Kbira San Guzepp fil-Hamrun garbu hsarat estensivi meta zaghzugh ta’ 19-il sena minn Santa Venera tilef il-kontroll tal-karozza tieghu u habat ma’ dawn il-karozzi.
21 ta’ Mejju
• Grupp ta’ 53 klandestin, foshom tarbija, li kienu fuq dghajsa ghebu madwar 88 mil nawtiku fix-Xlokk ta’ Malta. Ftit tas-sighat qabel huma kienu intercettati minn ajruplan tal-FAM izda ntilfu sakemm harget Patrol Boat ghalihom.
• Haddiem ta’ 31 sena mill-Mgarr (Malta) sofra griehi gravi meta saqaf li kienu fuqu ceda bih u baqa’ niezel gholi ta’ sular. L-accident sehh fi Triq San Mikiel fil-Fgura.
• Ragel ta’ 29 sena ta’ nazzjonalità Ingliza kien fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ gholi ta’ madwar sular. Huwa kien qieghed jistrieh mal-hadid f’San Giljan meta gheleb ghal fuq il-blat.
22 ta’ Mejju
• Membri tal-Forzi Armati wettqu operazzjoni ta’ salvatagg meta salvaw 24 klandestin li kienu fil-bahar igranfati ma’ dghajsa maqluba li kienu fuqha. Sadantittant kompliet it-tfittxija ghal 53 klandestin li ghebu madwar 88 mil nawtiku fix-Xlokk ta’ Malta.
23 ta’ Mejju
• L-ahbarijiet komplew jiddominaw minn aktar vjaggi bil-klandestini. Fi spazju ta’ 22 siegha dahlu Malta 59 klandestin fi tliet vjaggi separati.
• Il-MEP Laburista Malti, Joseph Muscat, kien il-mohh wara l-proposta biex ikun hemm rohs fit-tarriffi tar-roaming bil-mowbajl.
24 ta’ Mejju
• Zewg hallelin sprejjaw ‘pepper spray’ f’wicc zewg Pulizija wara li wettqu serqa f’Pembroke.
25 ta’ Mejju
• Alfred Sant zvela tapes ta’ konversazzjoni bejn il-Ministru Censu Galea u canvasser tieghu dwar il-“Brimba” fl-ADT.
• Prigunier li dahhal l-emergenza l-isptar irrizulta li ghandu l-meningite.
26 ta’ Mejju
• Tarbija ta’ tmin xhur, tifel ta’ sena u nofs u tifla ta’ erba’ snin kienu fost grupp ta’ 29 klandestin li kienu salvati mill-FAM qrib Filfla.
• Insterqu Lm5,000 f’hold-up fuq sid ta’ pompa tal-petrol. Il-kaz sehh f’Birkirkara.
27 ta’ Mejju
• Grupp iehor ta’ klandestini, madwar 27, ghamlu 30 siegha ggranfati ma’ gagga kbira tat-tonn tal-kumpanija Azzopardi Fisheries fl-ibhra territorjali Libjani. Dawn kienu salvati mill-bastiment navali Taljan ‘Orione’.
28 ta’ Mejju
• Kompliet il-kwistjoni tal-klandestini meta grupp ta’ 26 ragel li gew salvati minn lanca ta’ l-irmonk Spanjola f’ibhra Libjani, ma kienux accettati li jiddahlu Malta.
• Kienu misruqin madwar 100,000 Ewro fi flus f’hold-up li sehh fuq negozjant barrani fi Triq Regjonali f’San Giljan.
• Il-Pulizija bdiet tfittxija ghal Hachem Ali ta’ nazzjonalità Sirjana wara li ma tfaccax fil-Qorti biex jibda ghaddej guri. Hachem Ali jinsab akkuzat b’attentat ta’ qtil ta’ Vince Sammut li sehh fis-27 ta’ Frar 2001. l-orizzont zvela li Hachem Ali harab minn Malta mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
29 ta’ Mejju
• Il-Gvern Spanjol accetta li jiehu s-26 klandestin li kienu fuq il-lanca ta’ l-irmonk Spanjola ‘Mont Falco’.
30 ta’ Mejju
• Ghal darb’ ohra gagga tat-tonn tal-kumpanija Azzopardi Fisheries serviet biex maghha ggranfaw 27 klandestin wara li d-dghajsa li kienu fuqha gherqet.
• Il-GRTU qalet li l-Gvern rega’ dar ghall-‘bulk-buying’ biex jixtri 15,000 komputer.
31 ta’ Mejju
• Seba’ haddiema, fosthom zewg inginieri, li jahdmu fil-Power Station tal-Marsa ddahhlu l-isptar wara li nstamtu bi steam b’temperatura ta’ ’l fuq minn 115-il grad Celsius.
• Fil-Qorti kien konfermat dak li zvela l-gurnal l-orizzont li fil-fatt is-Sirjan Hachem Ali telaq minn Malta minkejja li l-Pulizija kellhom suspett li l-passaport li kien qieghed juza kien falz.
• Charles Polidano, maghruf bhala ‘c-Caqnu’ qal li l-impjanti tal-konkos f’Malta huma kollha rregolari.
• Studenti mill-Iskola Islamika Mariam Alabtool ta’ Kordin qasmu fjuri lil kull min kien lest jarmi s-sigarett. Din l-attività saret fi Pjazza l-Helsien fil-Belt f’Jum Dinji Kontra t-Tipjip.
• Fi spazju ta’ ftit sighat iddahhlu Malta mill-FAM 54 klandestin f’zewg vjaggi separati.
1 ta’ Gunju
• Mara anzjana ta’ 83 sena mill-Mgarr, Malta, sfat marbuta bi gvieret, mhedda u misruqa f’hold-up meta kienet fid-dar taghha. It-tliet hallelin li dahlu fuq l-anzjana serqu flus u deheb.
• Zewg hallelin ohrajn serqu Lm5,000 f’hold-up fuq furnar f’San Pawl il-Bahar.
2 ta’ Gunju
• Saviour Cilia ta’ 40 sena, tabib minn Hal Qormi, miet meta saqaf ta’ kamra li kien hemm fuq il-bejt tal-Lukanda Jerma sfronda fuqu. Dr Cilia u huh kienu qieghdin ihottu tank kbir ta’ l-ilma meta ceda s-saqaf.
• Madwar 5,000 pellegrini Maltin marru Ruma biex jattendu ghall-Kanonizazzjoni ta’ Dun Gorg Preca.
3 ta’ Gunju
• L-eluf ta’ Maltin sfidaw ix-xita li ma waqfet xejn u baqghu ghal aktar minn sitt sighat fi Pjazza San Pietru fil-Belt tal-Vatikan fejn il-Papa Benedittu XVI iddikjara lil Dun Gorg Preca bhala Qaddis. Eluf ohrajn segwew ic-cerimonja minn fuq it-televizjoni.
• Eric Catania, it-tifel li fieq merikolozament bl-intercezzjoni ta’ San Gorg Preca, ircieva l-ewwel tqarbina minghand il-Papa Benedittu XVI fl-istess cerimonja li fiha Dun Gorg Preca gie dikjarat Qaddis.
4 ta’ Gunju
• Maltempata li laqtet lill-gzejjer Maltin ikkawzat gharghar f’diversi nhawi b’mod specjali fl-Imsida u Birkirkara.
• Ix-xita li ghamlet ikkawzat ukoll hsarat fl-Isptar Mater Dei li minkejja l-miljuni li ntefqu xi swali spiccaw mgharqin u madum inqala’ minn postu.
5 ta’ Gunju
• Ir-relikwija ta’ San Gorg Preca ngiebet minn Ruma u giet imdawra mal-Paorrocci ta’ Ghawdex.
• Mario Camilleri, maghruf bhala ‘l-Imniehru’, hallas multa ta’ Lm24,300 fi flus kontanti u hareg mill-habs.
6 ta’ Gunju
• l-orizzont jizvela kif dik li kienet il-lukanda Wignacourt fl-Imriehel, spiccat bejta ta’ persuni li jabbuzaw mid-droga. F’kull kamra nstabu mijiet ta’ siringi u oggetti ohrajn relatati ma’ l-abbuz tad-droga.
• Il-gurnal Maltatoday ippubblika ritratti ta’ Surgent tal-Pulizija jaggredixxi anzjana Franciza f’Paceville.
7 ta’ Gunju
• Tressaq il-Qorti David Sant ta’ 46 sena, is-Surgent tal-Pulizija li nqabad b’filmati jaggredixxi anzjana barranija.
• Malta fakret il-grajja tas-Sette Giugno.
8 ta’ Gunju
• Il-Pulizija tal-Mobile arrestaw Libjan ta’ 38 sena wara rapport mill-Ambaxxata Amerikana li dan x’aktarx li kien imfittex mill-Gvern Amerikan.
9 ta’ Gunju
• Josie Muscat nieda l-partit politiku tieghu bl-isem ta’ “Azzjoni Nazzjonali”.
• Sirjan li harab mill-Isptar wara li qabez minn tieqa gholi ta’ zewg sulari, inqabad f’dar abbanduanta f’Tal-Pietà.
10 ta’ Gunju
• Ma kien hemm ebda sinjal ta’ skuna b’300 klandestin u dghajsa ohra b’25 klandestin iehor li kienu bejn il-Libja u Malta.
• Madwar 200 persuna pprotestaw kontra l-izvilupp tar-Ramla l-Hamra f’Ghawdex.
11 ta’ Gunju
• Simon Galdes ta’ 36 sena minn Hal Tarxien intbghat 14-il sena habs fuq traffikar ta’ drogi. Galdes ammetta l-akkuzi qabel beda ghaddej guri.
• L-Isqfijiet ta’ Malta appellaw lill-pajjizi ta’ l-UE biex jghinu bil-fatti lil Malta fil-kwistjoni ta’ l-immigranti llegali.
12 ta’ Gunju
• Il-Libjan li kien arrestat mill-Pulizija tal-Mobile fuq suspett li kellu konnessjonijiet mat-terrorizmu, tkecca minn Malta u x’aktarx li naghta f’idejn l-Amerikani. Minn naha l-ohra l-Pulizija Maltija cahdet li l-Libjan huwa terrorist.
• Ministri tal-Gustizzja u l-Intern ta’ l-UE ma qablux mal-proposta tal-Gvern Malti biex l-immigranti llegali li jkunu salvati jitqassmu bejn is-27 pajjiz ta’ l-UE.
13 ta’ Gunju
• Komplew jidhlu aktar klandestini fejn fi spazju ta’ ftit sieghat waslu Malta 59 klandestin f’zewg vjaggi separati.
• Il-Pulizija mill-Ghassa ta’ Bormla sabu tmin pjanti tal-Cannabis mizrughin fuq bejt ta’ ragel minn Bormla.
14 ta’ Gunju
• Wara rapport li deher f’l-orizzont tas-7 ta’ Gunju dwar abbuz tad-droga li jsir f’lukanda abbandunata f’Birkirkara, inghalaq l-access ghal dan il-post u l-Pulizija bdew sorveljanza fl-inhawi.
15 ta’ Gunju
• Il-FAM salvaw grupp ta’ 43 klandestin li kienu fuq dinghy u dahluhom f’Xatt it-Tiben. Aktar qabel iddahhal kadavru ta’ mara klandestina.
• Aktar tard matul il-gurnata il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Josè Manuel Barroso, indirizza seduta specjali fil-Parlament Malti u tkellem dwar il-problema tal-klandestini f’Malta. Huwa qal li jistenna li l-pajjizi membri fl-UE juru solidarjetà ma’ Malta.
• Akito Sensuy, turist Gappuniz ta’ 25 sena, miet wara li sab ruhu f’diffikultajiet meta kien qieghed jghodos fic-Cirkewwa.
16 ta’ Gunju
• Carmel Camilleri ta’ 26 sena minn Hal Luqa tressaq il-Qorti b’urgenza mixli b’theddid ta’ bombi fl-Isptar San Luqa u l-Qorti.
17 ta’ Gunju
• Wara attentat ta’ qtil ta’ zewg zghazagh miz-Zurrieq, is-suspettat instab mejjet f’cirkostanzi suwicidali
19 ta’ Gunju
• 570 haddiem tal-fabbrika VF f’San Gwann, inghataw l-ahbar li l-fabbrika kienet se taghlaq f’Awissu.
20 ta’ Gunju
• Erba’ klandestini kienu salvati wara li qabdu ma’ gagga tat-tonn li kienet qieghda tingibed mil-lanca ta’ l-irmonk Maltija ‘Budafel’ ta’ Azzopardi Fisheries. Ma’ dan il-grupp kien hemm 22 ohrajn li mietu mgharqin.
21 ta’ Gunju
• Wara li 570 haddiem tilfu l-impjieg taghom mill-kumpanija VF, thabbret is-sensja ta’ 113-il haddiem mill-kumpanija Bortex.
• Komplew jidhlu aktar klandestini f’Malta fejn grupp ta’ 29 klandestin dahal f’Wied iz-Zurrieq filwaqt li 23 ohrajn gherqu fl-ibhra Maltin.
• Ragel ta’ 36 sena mill-Mellieha spicca b’saqajh miksurin meta ttajjar minn zewg hallelin wara li serquh f’hold-up fil-Mellieha stess. Aktar tard sehh hold-up iehor fil-Qawra fuq zewg turisti.
22 ta’ Gunju
• Il-vjaggi bil-klandestini komplew jidhlu f’Malta minkejja li l-Agenzija Frontex ta’ l-UE kienet weghdet li se tibda tissorvelja l-ibhra Maltin.
23 ta’ Gunju
• Erba’ klandestini, li kienu jaghmlu parti minn grupp ta’ 28, iddahhlu Malta jsofru minn hruq f’diversi partijiet ta’ gisimhom wara li zviluppaw nirien fuq vapur li kienu fuqu qabel tnizzlu fuq id-dghajsa.
• Sadanittant grupp iehor ta’ 31 klandestin dahal f’Ghar Lapsi. Ragel mir-Rabat li kien fuq speedboat tieghu, allegatament seraq il-mutur outboard li kien hemm fuq id-dghajsa tal-klandestini hekk kif dawn nizlu l-art.
24 ta’ Gunju
• l-orizzont zvela rapport dwar suldat li safa mhedded minn grupp ta’ klandestini fuq karozza tal-linja.
25 ta’ Gunju
• Mijiet hadu sehem fi protesta fil-Belt kontra l-progett tar-Ramla l-Hamra f’Ghawdex.
• Ivan Cauchi ta’ 25 sena mix-Xewkija beda ghaddej guri mixli bil-qtil ta’ zitu, Elizabeth Cauchi, fl-2004.
26 ta’ Gunju
• Anthony Micallef ta’ 61 sena minn San Gwann miet fil-karozza tieghu kawza ta’ nirien li hakmu l-istess karozza f’Pembroke. Il-kadavru mahruq ta’ Micallef instab minn zewg membri tal-Protezzjoni Civili meta marru jikontrollaw in-nirien.
• Nirien ohrajn ikkawzaw hsarat estensivi f’cables tal-kumpanija GO f’San Pawl il-Bahar.
• Gianfranco Selvaggi rrizenja mill-kariga ta’ Kap Ezekuttiv ta’ l-ADT.
27 ta’ Gunju
• Spluzjoni fil-kamra tan-nar ta’ Santa Liena ta’ Birkirkata halliet hames persuni mejtin taht borg gebel. Paul Bonnici ta’ 47 sena, Censu Galea ta’ 68 sena, Sunny Borg ta’ 34 sena, Richard Cardona ta’ 24 sena kollha minn Birkirkara u Carmel Farrugia ta’ 23 sena mill-Belt. Maghhom kien hemm ukoll Joseph Bonello li helisha mill-mewt izda sofra griehi gravi kawza ta’ hruq fi 15% ta’ gismu.
28 ta’ Gunju
• Tkompliet l-operazzjoni biex jinstabu l-kadavri tal-vittmi tal-kamra tan-nar ta’ Santa Liena. Ftit aktar minn 24 siegha wara nstabu zewg kadavri u minhabba l-periklu li kien ghad hemm l-operazzjoni twaqfet.
29 ta’ Gunju
• Instabu l-ahhar it-tliet kadavri li kien ghad hemm mirdumin f’dik li kienet il-kamra tan-nar ta’ Santa Liena ta’ Birkirkara. Minhabba li l-kadavri ma setghux ikunu identifikati, l-arrangamenti ghall-funeral gie pospost sakemm isiru l-ezamijiet tad-DNA.
• 17-il sena wara li beda x-xoghol fuq l-Isptar Mater Dei, saret ic-cerimonja tal-ftuh ta’ dan l-isptar ghalkemm ma bediex jopera.
• Minkejja li kienu saru l-arrangamenti diplomatici biex il-Libja taccetta grupp ta’ 20 klandestin li kienu qrib il-kosta Libjana, is-sajjied Xlukkajr, Raymond Bugeja, sfida lill-Awtoritajiet Maltin u ddecieda li dawn ghandhom jidhlu Malta. Fil-fatt il-FAM gabret lill-klandestini u kadavru ta’ mara minn fuq lanca li kienet qieghda tahdem ghal Bugeja u l-klandestini ddahlu Malta.
1 ta’ Lulju
• Ragel ta’ 26 sena mill-Mosta kien fil-periklu tal-mewt wara li allegatament safa aggredit minn xi persuni fil-Mosta stess.
2 ta’ Lulju
• Joseph Bonello, l-uniku wiehed li salva fit-tragedja tal-kamra tan-nar ta’ Santa Liena, hareg mill-Isptar.
• Il-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono, ammettiet ma’ l-orizzont, li sitt xhur wara li d-‘Decompression Chamber’ kien inawgurat, ghadu ma jistax jintuza.
3 ta’ Lulju
• Ivan Cauchi ta’ 25 sena mix-Xewkija, Ghawdex, intbghat 20 sena habs wara li nstab hati f’guri b’serqa li spiccat bil-qtil ta’ zitu Elizabeth. Il-kaz sehh fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 ta’ Frar 2004.
5 ta’ Lulju
• Waqt zjara li ghamel f’Malta l-Kummissarju Ewropew Taljan, Franco Frattini, qal li issa huwa aktar konxju tal-problema ta’ Malta rigward l-immigranti llegali.
7 ta’ Lulju
• Il-Forzi Armati sabu tliet kadavri fil-bahar li rrizultaw li kienu ta’ immigranti li gherqu waqt vjaggi klandestini.
• Il-Ministru Jesmond Mugliett offra r-rizenja tieghu izda l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ma accettahiex.
8 ta’ Lulju
• Clint Vella ta’ 25 sena minn Santa Venera kien fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’habta bil-mutur tieghu ma’ karozza fi Triq il-Kbira San Guzepp f’Santa Venera.
• Charles Dimech minn Haz-Zebbug allega li hallelin kienu serqulu madwar Lm220,000 mid-dar tieghu.
9 ta’ Lulju
• Il-Magistrat Dr Silvio Meli kien informat li r-rizultati tad-DNA ta’ erba’ mill-vittmi tal-kamra tan-nar ta’ Sant Liena, kienu waslu u ghalhekk setghu jigu identifikati.
• Tfajjel ta’ 12-il sena mis-Siggiewi sofra griehi gravi wara li siequ nqabdet f’mutur tal-hart meta kien fl-ghalqa tal-familja qrib Ghar Lapsi.
10 ta’ Lulju
• David Sant, Surgent fil-Korp tal-Pulizija, intbghat erba’ xhur habs wara li nstab hati li aggredixxa mara Franciza f’Paceville.
• Sudaniz ta’ 23 sena residenti fic-Centru Miftuh fil-Marsa, sofra griehi gravi b’daqqiet ta’ sikkina meta kien Paceville. Dwar dan il-kaz il-Pulizija arrestat barrani iehor.
11 ta’ Lulju
• Miet Clint Vella, iz-zaghzugh ta’ 25 sena minn Santa Venera li kien involut f’accident ta-traffiku fit-8 ta’ Lulju.
• Francis Cutajar ta’ 72 sena mir-Rabat, Ghawdex kien fil-periklu tal-mewt wara li accdident bil-mutur tal-hart. L-accident sehh f’ghalqa fl-inhawi ta’ iz-Zewwieqa fil-Qala, Ghawdex.
12 ta’ Lulju
• Zaghzugh ta’ 20 sena minn Wied il-Ghajn instab mejjet x’aktarx kawza ta’ overdose tad-droga eroina. Il-kadavru taz-zaghzugh instab qrib l-entratura ta’ l-SPCA fir-Rabat, Ghawdex.
• Nirien qawwijin, x’aktarx ikkwazati minn short circuit f’air conidtioner, ghamlu hsarat kbar f’appartament fil-Qawra.
14 ta’ Lulju
• Sar il-funeral tal-hames vittmi tal-kamra tan-nar ta’ Santa Liena, Paul Bonnici ta’ 47 sena, Censu Galea ta’ 68 sena, Sunny Borg ta’ 34 sena, Richard Cardona ta’ 24 sena kollha minn Birkirkara u Carmel Farrugia ta’ 23 sena mill-Belt.
• Noel Farrugia ta’ 28 sena mill-Imsida tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ qtil wara sparatura f’Birkirkara.
15 ta’ Lulju
• Ingliz ta’ 53 sena nstab mejjet f’wicc il-bahar fi Qui-si-sana f’Tas-Sliema. Il-Pulizija eskludiet l-involviment ta’ terzi persuni f’dan il-kaz.
• Ragel ta’ 34 sena minn San Giljan instab mejjet kawza ta’ overdose fl-appartament tieghu f’San Giljan.
16 ta’ Lulju
• L-Oppozizzjoni Laburista resqet vot ta’ sfiducja fil-Ministru Jesmond Mugliett.
• Insterqu Lm20,000 f’hold-up mill-Isplash & Fun f’Bahar ic-Caghaq.
• L-eks-President tal-Partit Nazzjonalista, Carmel Cacopardo, kien irrifjutat bhala ufficjal investigattiv mill-bord tal-MEPA ghax ha sehem f’laqgha ta’ l-Alternattiva Demokratika.
17 ta’ Lulju
• Kien konfermat li l-fdalijiet ta’ kadavru li nstabu f’barriera fil-limiti tan-Naxxar fil-21 ta’ Frar huma ta’ Christian Camilleri ta’ 18-il sena mill-Wardija.
• Ragel ta’ 38 sena minn Haz-Zabbar safa vittma ta’ erba’ hallelin li wettqu hold-up fuq u serqulu Lm800. Il-kaz sehh f’Haz-Zabbar stess.
• Wara stennija ta’ tliet snin kien iffirmat il-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT.
• Minkejja l-operazzjoni tal-Frontex biex ma jidhlux aktar klandestini f’Malta, daghjsa b’20 ragel u hames nisa dahlet f’Wied il-Buni f’Birzebbuga.
18 ta’ Lulju
• Statistika allarmanti wriet li 1,727 persuna jabbuzaw mid-droga kuljum.
• Swallow Garage, li kienet involuta fil-kaz tat-tixhim fl-ADT, inghataw kuntratt konness mal-licenzji.
20 ta’ Lulju
• Il-Perit Carmel Cacopardo jinsisti li l-Bord tal-MEPA ma halliex jestenti l-kariga tieghu bhala ufficjal investigattiv ghax li zvela numru ta’ deficjenzi li kienu ghaddejjin fil-MEPA.
• F’intervista esklussiva ma’ l-orizzont, Fr Hilary Tagliaferro, qal li d-droga f’pajjizna saret ‘Kankru Nazzjonali’.
• Ajruplan tat-tip Harrier tar-Royal Air Force Ingliza, spicca fuq il-haxix u ftit metri ’l boghod mill-iqugh li hemm mat-triq pubblika wara li mexa wahdu u laqat tabella.
• l-orizzont jizvela kaz ta’ abbuz ta’ fjuwil minn xi xufieri ta’ l-ambulanzi ta’ l-Isptar San Luqa.
• Impjegat ta’ l-istabbiliment Shoe Mart safa’ vittma ta’ erba’ hallelin li wettuq hold-up fuqu. B’kollox insterqu Lm4,000 li minnhom aktar minn Lm1,000 kienu flus kontanti.
• Fi Franza bdiet il-produzzjoni tal-muniti Ewro ta’ Malta.
21 ta’ Lulju
• Wara li Alfred Sant zvela l-iskandlu ta’ Swallow Garage li nghataw kuntratt mill-ETC, l-istess ETC irtirat il-kuntratt.
22 ta’ Lulju
• Residenti fi Triq San Nikola, fil-Belt, kellhom jigu evakwati wara li karozza li kienet ipparkajta fl-istess triq hadet in-nar.
23 ta’ Lulju
• Zewg zghazagh klandestini ta’ madwar 20 sena ddahhlu mejtin mill-FAM. Dawn kienu flimkien ma’ grupp ta’ 26 ohrajn li gew salvati. Klandestin iehor ghereq ukoll izda l-kadavru baqa’ ma nstabx.
24 ta’ Lulju
• Il-Pulizija ghamlet rejd taht is-sur tal-Belt fejn helsu 11-il kelb li kienu qieghdin jinzammu fi kmamar zghar imhaffrin fis-sur.
• Grupp ta’ 27 klandestin iddahhlu Malta fuq Patrol Boat Spanjola minhabba li f’Lampedusa ma hemmx servizzi medici. Fost il-klandestini kien hemm omm li tlett ijiem qabel weldet tarbija fuq id-dghajsa. Ftit tal-hin wara grupp iehor ta’ klandestini, mghmul minn 28 ragel, iddahhal Malta minn Patrol Boat tal-FAM wara li nghataw assistenza minn vaput tal-gwerra Amerikan.
• Hallelin serqu gizirani tad-deheb li kienu f’inkwadru tal-Madonna fil-Knisja ta’ Santu Wistin fir-Rabat, Ghawdex.
26 ta’ Lulju
• Tarbija kienet fost grupp ta’ 22 klandestin li dahhlu Malta mill-FAM.
• Turist Ingliz ta’ 48 sena kien fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bid-dinghy fil-bajja ta’ Sasn Giljan.
• Il-Melita Cable inbieghet ghall-prezz ta’ ¢167 miljun lill-kumpanija GMT.
29 ta’ Lulju
• Is-Segretarju tal-Kunsill Lokali tal-Mosta investigat dwar flus tal-Kunsill Lokali fejn Lm65,000 nstabu f’kaxxa taht l-iskrivanija tieghu u madwar Lm13,000 ohrajn neqsin.
• Il-Pulizija ghamlet tfittxija ghal sewwieq ta’ karozza li telaq minn fuq il-post ta’ l-accident wara li tajjar anzjana ta’ 71 sena f’Wied il-Ghajn.
30 ta’ Lulju
• Ebdou Ismail Abod, Sirjan ta’ 29 sena mizzewweg Maltija, instab maqtul b’diversi daqqiet ta’ mazza. Il-kadavru tieghu nstab minn zewg ahwa turisti Germanizi fil-vann tieghu taht l-irdumijiet ta’ Selmun.
• Komplew jidhlu aktar klandestini wara li grupp ta’ 26, fosthom erba’ nisa, kienu salvati minn mill-vapur MV Fas Dammam.
31 ta’ Lulju
• Ebrahim Alhamo, maghruf bhala Ibrahim Alhmou, ta’ 25 sena ta’ nazzjonalità Sirjana tressaq il-Qorti b’urgenza mixli bil-qtil ta’ Ebdou Ismail Abod, Sirjan ukoll ta’ 29 sena. Abod instab maqtul fil-vann tieghu f’Selmun.
• Giorgy Abolet, Franciz ta’ 25 sena, kien fil-periklu tal-mewt wara li kisser hgiega ta’ telephone booth f’San Giljan u sofra griehi serji f’wiccu u f’idejh.
1 ta’ Awissu
• Il-Kunsill Lokali tal-Mosta, b’mod unanimu, ivvuttaw favur mozzjoni tas-Sindku Laburista Dr Paul Chetcuti Caruana biex issir talba lill-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern biex jissospendi lis-Segretarju Ezekuttiv Alphonse Anastasi. Dan fid-dawl ta’ investigazzjonijiet tal-Pulizija b’konnessjoni ma’ flus li l-istess segretarju qatt ma ddepozita.
2 ta’ Awissu
• Stharrig tal-Ewrobarometru wera li l-Maltin huma inkwetati dwar l-gholi tal-hajja, l-immigrazzjoni, il-qghad, il-qaghda ekonomika, l-energija u l-kriminalità fost l-aktar affarijiet.
3 ta’ Awissu
• Komplew johorgu aktar nuqqasijiet fil-kaz tas-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Mosta fosthom li l-eks-Sindku Nazzjonalista, Joe DeMartino, kien iffirmalu kuntratt illegali.
• Immigrant li dahal Malta llegalment inqabad jittraffika d-droga f’Paceville.
• Hallelin serqu salib ta’ valu kbir li kien imdendel ma’ l-istatwa ta’ Santu Wistin fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt.
4 ta’ Awissu
• Ruby Ritchie, mara ta’ 35 sena mill-Belt, mietet kawza ta’ overdose ta’ eroina. Hija nstabet mitlufa minn sensiha fil-parkegg ta’ taht il-lukanda Phoenicia u mietet ftit wara fl-Isptar San Luqa.
• Aktar dwar il-Kunsill Lokali tal-Mosta fejn irrizulta li kontra r-regolamenti finanzjarji tal-Kunsilli Lokali, il-Kunsill immexxi minn maggoranza Nazzjonalista mhux biss halla dejn ta’ Lm485,000 izda kellu overdraft mal-bank ta’ Lm115,111.
• Hallelin dahlu fuq anzjan ta’ 71 sena minn Nadur, Ghawdex u wara li aggredewh brutalment, rabtuh u serqulu Lm500.
5 ta’ Awissu
• Warrant Officer Mark Brincat u Lance Bombardier Kevin Borg, helsuha bi ftit griehi meta kienu kostretti jaghmlu inzul ta’ emergenza bl-ajruplan Bulldog tal-FAM fuq l-irdumijiet qrib id-Dwejra, f’Ghawdex.
• Il-FAM salvaw 60 klandestin, fosthom tliet it-tfal zghar, li kienu fuq zewg dghajjes.
• Il-lanca ‘English Rose’ b’65 turist fuqha inkaljat bejn Kemmuna u Kemmunet bil-persuni fuqha gew salvati mill-FAM.
6 ta’ Awissu
• L-Ghaqda tan-Nar Santa Marija ta’ l-Imqabba rebhu l-kampjonat tad-Dinja li sar f’Ruma.
• Zaghzugh ta’ 21 sena minn Birkirkara kien fil-periklu tal-mewt wara li abbuza minn tahlita ta’ droga.
7 ta’ Awissu
• Alphonse Anastasi rrizenja minn Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Mosta b’konnessjoni mal-allegat misapproprazzjoni ta’ eluf ta’ liri tal-Kunsill.
10 ta’ Awissu
• Salvu Zerafa ta’ 49 sena minn Ghajnsielem, Ghawdex, miet mgharraq wara li salva lil zewg uliedu u lil martu meta kienu f’diffikultajiet f’bahar qawwi fir-Ramla l-Hamra.
• Il-FAM kienu impenjati f’operazzjonijiet separati biex isalvaw klandestini li kienu fil-periklu. Grupp ta’ 28 klandestin kienu salvati minn Patrol Boat tal-FAM filwaqt li 14-il klandestin iehor kienu salvati mill-cruiseliner ‘Jules Verne’. Madwar ghaxar klandestini ohrajn li kienu ma’ l-istess grupp, fosthom tarbija, baqghu ma nstabux.
• Guza Piscopo ta’ 70 sena sfat vittma ta’ erba’ kriminali li serqula Lm5,000 f’hold-up. L-anzjana kienet qieghda d-dar taghha f’Hal Tarxien tistenna lil binha gej lura d-dar.
11 ta’ Awissu
• Il-Pulizija arrestaw seba’ guvintur u zewg tfajliet b’konnessjoni ma’ pussess ta’ droga waqt party fir-Rabat.
12 ta’ Awissu
• Ragel ta’ 55 sena minn Ta’ Paris, limiti ta’ Birkirkara, kien fil-periklu tal-mewt wara li allegatament qala’ daqqa ta’ sikkina minghand bintu li allegatament kienet qieghda tiddefendi ruhha waqt argument ma’ missierha.
• Il-Pulizija Taljana arrestat numru ta’ Taljani b’konnessjoni ma’ traffikar ta’ armi lejn l-Iraq u li kienu qieghdin jaghmlu uzu minn kumpanija Maltija bl-ufficini taghha f’Tal-Pietà.
13 ta’ Awissu
• Hallelin sgassaw dar ta’ anzjana ta’ 83 sena li toqghod iz-Zebbug Ghawdex u serqula Lm12,000 sakemm marret tisma’ quddiesa.
• Seba’ klandestini, erbat itfal, zewg nisa u ragel, iddahhlu Malta mill-FAM wara li talbu l-ghajnuna. Fuq l-istess dghajsa kien hemm 22 ragel u mara li rrifjutaw l-ghajnuna u baqghu sejrin lejn Sqallija.
14 ta’ Awissu
• Il-Pulizija sabu diversi armi fosthom ‘sub-machine gun’ f’post fl-Imqabba.
• In-numru ta’ klandestini li dahlu Malta tela’ ghal 1,205 wara li f’inqas minn 24 siegha dahlu f’pajjizna 63 klandestin.
15 ta’ Awissu
• Il-Pulizija resqu lil Noè Catania ta’ 34 sena mill-Imqabba b’konnessjoni mas-sejba ta’ armi f’garaxx fl-Imqabba stess.
16 ta’ Awissu
• L-Isqof ta’ Ghawdex, Mons. Mario Grech, qal li qieghdin nghixu fi zmien ta’ thassir.
• Il-Pulizija u l-FAM arrestaw 31 persuna b’konnessjoni ma’ pussess tad-droga waqt party u roadblocks fir-Rabat.
17 ta’ Awissu
• William Camilleri ta’ 52 sena minn Tas-Sliema nstab mejjet fir-residenza tal-genituri tieghu f’Tas-Sliema kawza ta’ overdose ta’ eroina. Camilleri huwa t-tieni persuna li miet kawza ta’ overdose ftit tal-jiem wara li hareg mill-habs u t-tmien vittma tad-droga din is-sena.
• Il-Perit Michael Falzon irrizenja minn cermen tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma minhabba ittra li baghtlu l-Ministru Austin Gatt fejn ikkritika l-KSI.
18 ta’ Awissu
• Richard Muscat irrizenja minn Ambaxxatur ta’ Malta fl-Irlanda wara li l-istampa Irlandiza zvelat allegazzjonijiet li f’Ottubru 2006 ibnu ta’ 35 sena attakka sesswalment tfajla Irlandiza f’Dublin.
20 ta’ Awissu
• Andrè Handle, turist ta’ 65 sena mill-Ungerija, ghereq fil-bajja ta’ San Gorg f’San Giljan.
21 ta’ Awissu
• Anthony Muscat ta’ 43 sena minn Tas-Sliema tressaq il-Qorti ta’ Malta wara li t-Tribunal ta’ Modica fi Sqallija hareg mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tieghu.
• Il-Perit Michael Falzon irtira r-rizenja tieghu minn cermen tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma.
• Il-FAM salvaw 28 klandestin fosthom tarbija tifel ta’ disa’ xhur.
22 ta’ Awissu
• Kompla johrog fil-berah il-glied intern fil-PBS bejn il-Bord Editorjali u l-Bord tad-Diretturi dwar l-iskeda.
23 ta’ Awissu
• Pazjenti u qraba taghhom kif ukoll tobba, infermieri u impjegati fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza ghaddew minn inkonvenjent kbir minhabba s-shana kbira ghax is-sistema ta’ l-arja kundizzjonata ma kinitx qieghda tahdem.
• Kien hemm zieda ta’ 22% fil-prezz ta’ kull xkora tad-dqiq li jintuza ghall-hobza Maltija.
24 ta’ Awissu
• Zaghzugh ta’ 18-il sena, David Jonathan Spiteri, minn Pembroke mar minn jheddu fl-Ghassa tal-Pulizija ta’ Hal Luqa ftit tal-hin wara li spara fuq Mark Debono ta’ 28 sena miz-Zurrieq li sofra griehi gravi. Il-kaz sehh fis-5.45 a.m. fl-istabbiliment ‘Footloose’ f’Paceville.
• Nirien hakmu mahzen ta’ fabbrika taz-zebgha f’Tal-Handaq. Il-membri tal-Protezzjoni Civili sabu diffikultajiet minhabba li fil-Qasam Industrijali ma hemmx ‘fire hydrants’ jew gibjun.
• Halliel li wettaq hold-up fuq ragel minn H’Attard li kellu vann mimli laham, spicca b’idu vojta wara li meta dahal fil-vann sab li ma kienx hemm cwievet.
25 ta’ Awissu
• Tressaq il-Qorti David Jonathan ta’ 18-il sena minn Pembroke mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Mark Debono f’Paceville.
26 ta’ Awissu
• Sophie Stockton, tfajla ta’ 13-il sena minn York fl-Ingilterra, ghamlet girja ta’ hames kilometri fil-Qawra fi shana kbira biex tigbor flus ghar-ricerka dear il-marda tal-kancer. l-orizzont fetah kont bankarju biex jghin jingabru fondi ghal dan il-ghan.
27 ta’ Awissu
• Il-vjaggi tal-klandestini komplew fejn fi spazju ta’ siegha dahlu zewg gruppi. L-ewwel grupp li kien jinkonsisti f’20 ragel u seba’ subien dahal f’Marsaxlokk fl-10.00 p.m. filwaqt li grupp iehor ta’ 26 ragel dahal f’Wied iz-Zurrieq ghal habta tal-11.00 p.m.
28 ta’ Awissu
• John Camilleri rrizenja minn cermen tal-Bord Editorjali tal-PBS minhabba dak li sejjah bhala mizerabli l-istat li fih jinsab ix-xandir ta’ l-istat.
29 ta’ Awissu
• Libjan ta’ 32 sena kien fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’xaft f’post ta’ kostruzzjoni fil-Hamrun. L-accident sehh fl-istess sit fejn fis-17 ta’ April mietu zewg haddiema meta cediet bicca mill-binja.
• F’Haz-Zabbar, fl-inhawi maghrufin bhala tal-Biccieni, ceda saqaf ta’ kcina meta kien hemm erba’ membri tal-familja. B’xorti tajba hadd ma wegga’.
• Il-Pulizija tal-Mobile evitaw li sehh tragedja meta intervjenew biex waqfu sewwieq milli jaggredixxi sewwieq iehor b’sikkina wara accident tat-traffiku f’Wied il-Ghajn.
30 ta’ Awissu
• 25 klandestin, fosthom erba’ nisa, gherqu filwaqt tliet irgiel li kienu fl-istess dghajsa gew salvati. It-28 klandestin inqalbu minn fuq id-dghajsa f’mument ta’ paniku meta raw lanca ta’ l-irmonk riesqa lejhom.
• L-MHRA wriet id-dizappunt taghha minhabba d-dewmien fix-xoghol fi Triq il-Merkanti fil-Belt.
31 ta’ Awissu
• L-Ghaqda Mèdecins du Monde iddiskriviet ic-Centri ta’ Detenzjoni tal-klandestini bhala ‘Stat prekarju’.
• Lm400 fi flus insterqu waqt hold-up mill-istabbiliment Euro Gamble fil-Hamrun.
2 ta’ Settembru
• BirdLife (Malta) habbret li 53 barrani kellhom jigu Malta biex jghassu kontra l-kacca llegali.
3 ta’ Settembru
• Il-prezz tal-hobza Maltija ghola b’centezmu kemm dik zghira kif ukoll dik kbira.
• Regghu dahlu Malta 28 klandestin filwaqt li disa’ klandestin harbu mic-Centru ta’ Detenzjoni f’Hal Safi. Erba’ minnhom inqabdu ftit tal-hin wara.
• Hallelin serqu aktar minn Lm3,000 fi flus mir-Razzett tal-Hbiberija f’Wied il-Ghajn.
• Zewg persuni kienu arrestati wara li l-ufficajli tad-Dwana u l-Pulizija rrejdaw garaxxijiet f’Hal Qormi u Santa Venera u sabu 132,000 sigarett li fuqhom ma kienx thallas id-dazju.
4 ta’ Settembru
• Membri tal-Gvern Nazzjonalista fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici ma riedux li l-ghoti tal-kuntratt u l-bini tad-drenagg f’Ghawdex ikun investigat mill-Awditur Generali.
• Raymond Spiteri ta’ 50 sena helisha bi griehi hfief meta nirien hakmu garaxx fejn kien qieghed jahdem. Il-garaxx jinsab fi Triq Santa Duminka f’Haz-Zabbar.
5 ta’ Settembru
• Vandali tefghu zejt mahruq ma’ faccata ta’ residenza privata f’Hal Tarxien.
• Instabu zewg silos tal-qamh ta’ zmien ir-Rumani fis-sit fejn qieghda tinbena l-Ambaxxata Amerikana f’Ta’ Qali.
6 ta’ Settembru
• Il-Ministru Austin Gatt habbar li l-privatizazzjoni shiha tal-kumpanija Maltapost se ssir fi Frar tas-sena d-diehla.
7 ta’ Settembru
• Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat li John Mary Chircop se jintbaghat l-Awstralja biex jiffaccja akkuzi ta’ stupru fuq bintu tar-rispett.
• Haddiem ta’ 51 sena minn Santa Venera sofra hruq fi 30% ta’ gismu wara li sploda bott mimli ‘methylated spirit’ fil-fabbrika Calibre Industries Ltd, f’San Gwann.
8 ta’ Settembru
• Malta ccelebrat il-festa tal-Vitorja.
• It-tim mazzjonali tal-futbol, quddiem grawnd ippakkjat f’Ta’ Qali kiseb rizultat prestiggjuz kontra t-Turkija meta gie dro ta’ 2-2.
10 ta’ Settembru
• Impjegat tal-‘World Bargains’ vittma ta’ hold-up fil-Mosta li fih zewg hallellin serqu Lm7,000 fi flus kontanti.
• Zewg zghazagh Maltin arrestati wara li nqabdu mill-Pulizija b’250 gramma kannabis.
• Il-Gvern habbar li nieda konsultazzjoni dwar proposta Ewropea ghal rata wahda ta’ VAT fuq l-oggetti kollha li tista’ tkun ta’ 20% jew aktar.
• L-Oppozizzjoni Laburista talbet ghar-rizenja ta’ l-eks-Ministru Nazzjonalista, Michael Falzon, minn Cermen tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma.
11 ta’ Settembru
• Libjan ferut gravi b’sikkina waqt glieda li nqalghet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-Belt.
• Dahlu Malta zewg gruppi ta’ klandestini – b’kollox 87 – f’Wied il-Buni.
12 ta’ Settembru
• Il-prezz tal-qamh lahaq livel rekord fil-prezz tieghu u dan wassal biex f’Malta gholew il-prezzijiet ta’ ghadd ta’ prodotti, fosthom laham, cereali, ghagin u prodotti tal-halib.
• Il-GWU appellat lill-NECC biex tippubblika l-istudju li ghamlet dwar zidiet fil-prezzijiet bl-introduzzjoni ta’ l-Ewro.
• Tliet irgiel arrestati wara li l-Pulizija sfrattat serqa minn residenza f’Haz-Zebbug. Huma gew arrestati wara girja bil-karozzi bejn Haz-Zebbug u l-Buskett.
• Dahhlu Malta grupp iehor ta’ 29 klandestini.
• Familja mill-Qawra twegga’ gravi wara li l-karozza li kienu fiha kienet involuta f’habta head-on fin-Naxxar
13 ta’ Settembru
• Zaghzugh ta’ 21 sena miz-Zurrieq fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza misjuqa minn tfajla ta’ 27 sena miz-Zurrieq ukoll. L-accident sehh fis-Siggiewi.
• Il-FAM salvat 29 klandestini ohra ’il barra min Malta.
• Kompliet il-kontroversja tad-drenagg fil-bajja tal-Balluta. F’nofs ta’ lejl saret spezzjoni mill-haddiema tal-KSI u tad-Dipartiment tas-Sahha Pubblika.
14 ta’ Settembru
• Benedittu Camilleri ta’ 73 sena miz-Zejutn miet f’accident tat-traffiku. Huwa safa mtajjar minn karozza waqt li kien miexi fi Triq il-President Anton Buttigieg fiz-Zejtun.
• Il-Pulizija ta’ Kontra d-Drogi arrestat 16-il persuna waqt erba’ operazzjonijiet separati fil-glieda kontra t-traffikar tad-droga. Fl-operazzjonijiet instabu cannabis, ecstacy u eroina.
• Ikkonfermat fil-Qorti li l-hsara fil-Bajja tal-Balluta gejja minn mejn antik tal-KSI.
15 ta’ Settembru
• Taht sigurta stretta, sitt kontejners li waslu Malta bl-ewwel konsenja ta’ muniti Ewros gew eskortati mill-Port Hieles lejn il-Kwartieri Generali tal-FAM, f’Hal Luqa.
• Tliet zghazagh li ghandhom bejn it-13-il sena u 16-il sena tressqu l-Qorti mixlija li abbuzaw sesswalment tfajla ta’ 15-il sena.
17 ta’ Settembru
• Thabbar li mis-27 ta’ Settembru, il-biljett tas-Super 5 se jigi jiswa’ 65c.
18 ta’ Settembru
• Joseph Spiteri ta’ 51 sena minn Santa Venera li fis-7 ta’ Settembru li ghadda sofra hruq fi 30% ta’ gismu wara li sploda bott mimli ‘methylated spirit’ fil-fabbrika Calibre Industries Ltd, f’San Gwann, miet fl-ITU.
• Anzjan ta’ 87 minn Hal Qormi qala xebgha minn zewg hallellin li dahlu f’daru fis-satra tal-lejl waqt li kien rieqed. Il-hallellin serqulu Lm50.
• Insterqu Lm400 waqt hold-up fuq banka tal-lottu li tinsab fil-bypass ta’ Birkirkara. Halliel armat u wiccu mikxuf dahal fuq is-sid u hadlu l-flus.
• L-Isqof ta’ Ghawdex, Mons Mario Grech nehha z-zewg arciprieti tar-Rabat. Mons Joe Vella Gauci tnehha minn Arcipriet tal-Katidral waqt li Mons Guzeppi Farrugia tnehha minn Arcipriet ta’ San Gorg. Kien hemm reazzjoni diversi ghad din id-decizjoni.
19 ta’ Settembru
• Ir-residenti tal-Qajjenza, f’Birzebbuga, gew evakwati minn djarhom wara accident li sehh fl-impjant tad-distribuzzjoni tal-gass ta’ l-Enemalta. Trakk habat f’tank kbir bil-konsegwenza li haget riha qawwija ta’ gass.
• Dr Katrine Camilleri, avukatessa li tahdem ma’ l-immigranti, kienet ippremjata mill-UNHCR bhala rikonoxximent ghall-hidma taghha ma’ dawn il-persuni.
• Tard fil-ghaxija l-FAM dahlu Malta 28 klandestini … .waqt li mill-barracks ta’ Hal Safi harbu 30 klandestin.
20 ta’ Settembru
• Seba’ persuni kienu arrestati meta kienu se jaharbu bil-bahar mill-Qawra.
21 ta’ Settembru
• Malta fakkret l-43 sena mill-kisba ta’ l-Indipendenza.
• L-Arcisqof Emeritus Mons Guzeppi Mercieca wissa lill-politici biex ikunu hielsa mill-korruzzjoni u l-preferenzi.
22 ta’ Settembru
• Spettakklu fl-ewwel jum ta’ l-Airshow Internazzjonali fuq San Pawl il-Bahar.
23 ta’ Settembru
• Il-Partitarji u l-Parroccani tal-Parrocca tal-Katidral ta’ Victoria, Ghawdex iddikkjaraw bojkott kontra l-Isqof t’Ghawdex u kontra l-Arcipriet il-gdid waqt laqgha li ssejhet fil-kazin tas-Socjetà Leone.
• Il-FAM dahhlu grupp ta’ 30 klandestin wara li sabu ruhhom f’diffikultà.
24 ta’ Settembru
• Hruq fic-Centru tas-Sahha tal-Mosta wassal biex infethet inkjesta. L-ewwel indikazzjonijiet juri li n-nirien bdew minn kompjuter.
25 ta’ Settembru
• Il-KSU takkuza lill-akkademici li serqet lill-istudenti mal-100 parkegg.
• Hold-up fuq banka tal-lottu li tinsab fi Triq ix-Xemxija fil-Marsa.
• Koppja li kient abbord dinghy fl-inhawi maghrufa bhala l-Barriera tal-Qala giet salvata mill-FAM.
26 ta’ Settembru
• Ragel ta’ 29 sena minn Tal-Pietà fil-periklu tal-mewt wara li allegatament kien involut fi hruq ta’ lanca, bil-konsegwenza li sofra griehi gravi.
27 ta’ Settembru
• Zewg persuni li huma bdoti professjonali helsuha hafif wara li l-ajruplan – tat-tip Tecnam P927Echo 2 seater – li kienu fih ikkraxxja f’ghalqa magenb Triq Garibaldi, f’Hal Luqa.
28 ta’ Settembru
• John McMurry, turist Ingliz ta’ 59 sena ghereq fil-Qawra. Martu Christine appellat ma’ l-orizzont biex min serqilhom il-baskett waqt l-operazzjoni ta’ salvatagg, jirritornah ghax fih affarijiet sentimentali u personali.
29 ta’ Settembru
• Halliel seraq ammont ta’ flus waqt hold f’lukanda fil-Qawra.
30 ta’ Settembru
• Il-FAM ccelebraw it-37 anniversarju taghhom. Saret it-‘Trooping of the Colour’, parata militari unika li tmur lura sa’ l-1743. Fl-istess okkazzjoni kontra kull protokol is-Segretarju Parlamentari Tony Abela nghata s-Salut Generali.
• Hold-up fuq banka tal-lottu f’Bormla. Halliel seraq Lm16 u kien arrestat ftit tal-hin wara.
• Dahlu Malta 55 klandestin. Grupp ta’ 27 f’Ghar Lapsi u grupp iehor ta’ 28 f’Wied iz-Zurrieq.
1 ta’ Ottubru
• Brian Vella ta’ 37 sena minn Santa Lucija beda ghaddej guri ghat-tielet darba mixli bil-qtil ta’ Gigi u Guza Grima fl-10 ta’ Frar, 2000.
• Nigerjan li gie Malta fuq xoghol intbaghat erba’ snin u nofs habs wara li nstab hati li nfetta bl-HIV erba’ nisa Maltin, wahda minnhom ghandha 17-il sena.
2 ta’ Ottubru
• Habta bejn zewg vapuri fil-Port il-Kbir.
• Hallellin serqu 13-il annimal li jiswew Lm1,300 mir-Razzett tal-Hbiberija
4 ta’ Ottubru
• Brian Vella ta’ 37 sena minn Santa Lucija intbaghat ghomru l-habs wara li nstab hati fi tmiem guri li qatel lill-koppja Gigi u Guza Grima fl-10 ta’ Frar, 2000.
• Thabbru zidiet fil-prezzijiet tal-halib u l-irkotta. Il-halib oghla b’2c u l-irkotta bi 30c-il kilo.
• Il-MEPA rtirat l-permess ta’ l-izvilupp fir-Ramla l-Hamra.
5 ta’ Ottubru
• B’appogg unanimu, l-amministazzjoni centrali tal-GWU, bl-appogg tas-segretarju u tat-taqsimiet, hatru lil Victor Carachi bhala l-President Designate gdid ghall-GWU.
6 ta’ Ottubru
• Mara ta’ 57 sena minn Tas-Sliema fil-periklu tal-mewt wara li waqghet gholi ta’ sular minn fuq il-bejt tad-dar taghha fi Triq Patri Marjanu Vella, f’Tas-Sliema.
7 ta’ Ottubru
• Sammy Spiteri ta’ 23 sena mix-Xewkija Ghawdex tilef hajtu f’accident tat-traffiku fi Triq Ghajn Qatet, Victoria. Huwa baqa’ diehel f’tower crane u miet mghaffeg taht tliet blokki konkrit.
• Zaghzugh ta’ 20 sena mill-Qawra mfittex mill-Pulizija wara li allegatament hebb ghal barman b’sikkina u gebla fi stabbiliment fil-Qawra.
8 ta’ Ottubru
• Dennis Davis, turist Ingliz ta’ 80 sena ghereq wara li sab ruhu f’diffikultajiet waqt li kien qed jghum f’Ghajn Tuffieha.
• Il-mara ta’ 57 sena minn Tas-Sliema, li waqghet gholi ta’ sular minn fuq il-bejt tad-dar taghha fi Triq Patri Marjanu Vella, mietet fl-ITU.
• Il-Pulizija u d-Dwana, f’hidma kkordinata qabdet 11.4 kilogrammi ta’ eroina fuq passiggier Tork – Ismail Tirso ta’ 46 sena – li kien ghadu kemm wasal Malta mit-Turkija. Fl-istess kaz gew arrestati tliet Maltin.
9 ta’ Ottubru
• Alfred Sant ipprezenta rapport fl-Ghassa tal-Pulizija ta’ San Giljan fejn talab lill-Pulizija jipprocedu kriminalment kontra l-Ministru Austin Gatt wara l-attakk “moqziez” li sar fuqu fil-Kunsill Generali tal-PN.
• Ismail Tirso, it-Tork ta’ 46 sena li nqabad b’11.4 kilogrammi ta’ eroina mal-wasla tieghu Malta fl-ajruport qal fil-Qorti li ma kienx jaf li kellu d-droga.
10 ta’ Ottubru
• It-“tabiba ta’ l-abort”, Rebecca Gomperts, ghamlet zjara ta’ gurnata f’Malta.
• Joseph Grech ta’ 40 sena, ommu Stella ta’ 64 sena mill-Marsa u residenti l-Mosta u Dean Martin ta’ 27 sena minn Santa Lucija, tressqu l-Qorti b’konnessjoni mas-sejba ta’ 11.4 kilogrammi droga. Il-Pulizija sabu wkoll Lm200,000 fi flus Maltin u barranin ghand l-anzjana liema flus allegatament gew minn reati kriminali.
• F’kaz separat il-Pulizija u ufficjali tad-Dwana sabu madwar 500 gramma eroina fiz-zarbun ta’ ragel Malti ta’ 62 sena li kien ghadu kif wasal Malta minn Ruma.
11 ta’ Ottubru
• Anzjan ta’ 68 sena safa vittma ta’ zewg hallelin li wara li tajruh bil-karozza, offrew li jghinuh, rabtuh u serquh.
• Alfred Sant fetah kawza ta’ libell kontra l-Ministru Austin Gatt wara li fil-Kunsill Generali tal-PN Gatt kien malafamanti fil-konfront tal-Mexxej Laburista.
12 ta’ Ottubru
• l-orizzont zvela kif Mahmoud Hasan Omar ta’ 25 sena mis-Somalja, kien miet sitt jiem wara li ntlaqat minn karozza fi Vjal Santa Lucija f’Rahal Gdid. L-accident kien sehh fid-19 ta’ Settembru wara li s-Somalu kien harab minn Centru ta’ Detenzjoni izda l-mewt tieghu baqghet qatt ma thabret.
• Kien ukoll l-istess gurnal l-orizzont li zvela kif is-suldati Maltin f’kull rank hassewhom urtati meta s-Segretarju Parlamentari Tony Abela, kontra kull Protokoll, talab li jinghata darbtejn is-Salut Generali fl-okkazzjoni tat-‘Trooping of the Colours’.
• Fr Joseph Caruana ta’ 87 sena minn Rahal Gdid kien fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza f’Rahal Gdid.
14 ta’ Ottubru
• Tifel Russu ta’ 13-il sena kien salvat mill-gharqa f’Bugibba meta Marokkin isogra hajtu u qabez ghalih f’bahar qawwi.
15 ta’ Ottubru
• Il-Gvern Nazzjonalista pprezenta l-ahhar Bagit qabel l-Elezzjoni Generali.
• Miet Fr Joseph Caruana ta’ 87 sena li nhar il-Gimgha ntlaqat minn karozza f’Rahal Gdid.
17 ta’ Ottubru
• Artiklu tal-gurnalist ta’ Union Press, Victor Vella, intghazel bhala l-ahjar artiklu nazzjonali fil-kompetizzjoni ghall-Gurnalisti 2007 ta’ l-UE. L-artiklu ta’ Vella, bit-titlu, “Ghetto ta’ tined….bla skop, bla dinjità” kien dwar l-immigranti llegali f’Malta.
• Il-Kummissjoni Ewropea tat l-ahhar twissija lil Malta dwar il-kacca fir-Rebbiegha f’Malta.
19 ta’ Ottubru
• Halliel wettaq hold-up fuq ricevitur ta’ Banka tal-Lottu f’Hal Balzan.
20 ta’ Ottubru
• Immigrant illegali residenti fic-Centru Miftuh tal-Marsa, miet wara li waqa’ minn gholi fic-centru stess.
21 ta’ Ottubru
• Kontroversja ohra bejn il-Bord Editorjali tal-PBS u l-Bord tad-Diretturi dwar il-programm televiziv “Bondi+”.
• Zaghzugh ammetta li wettaq sensiela ta’ serqiet minn lokers ta’ shabu f’diversi lukandi fejn kien jahdem.
22 ta’ Ottubru
• Il-FAM bdiet tfittxija ghal tliet sajjieda Tunezini li kienu fuq l-iskuna tas-sajd “Lorenza Madre”. Huma kienu ilhom mitlufin mill-Hadd.
23 ta’ Ottubru
• Wara 30 siegha mitlufin fuq il-bahar, il-Kaptan ta’ l-iskuna ‘Lorenza Madre’, Mohammed Ali Khedri, ghamel kuntatt ma’ martu Joan. L-iskuna kienet lokalizzata madwar 72 mil nawtiku fix-Xlokk ta’ Malta.
24 ta’ Ottubru
• Godfrey Ellul ta’ 59 sena minn San Giljan intbghat 18-il sena habs u mmultat Lm18,000 mill-Imhallef Dr Joe Galea Debono wara li nstab hati dwar traffikar tad-droga kokaina u haxixa f’guri.
• Residenti fi Triq Viani f’Tas-Sliema lmentaw ma’ l-orizzont dwar periklu fit-triq taghhom ikkawzat minn skavar ta’ sit.
25 ta’ Ottubru
• Wara erbat ijiem mitlufin fuq il-bahar, zewg sajjieda Tunezini residenti f’Malta, dahlu fil-Port ta’ Marsaxlokk. Kienu xeni kommoventi meta Ali Mohammed Khedri, il-kaptan ta’ l-iskuna ‘Lorenza Madre’ nizel l-art u sab il-familja kollha tistennih.
• Hallelin wettqu hold-up fis-satra tal-lejl fuq anzjana ta’ 77 sena mill-Hamrun meta din kienet rieqda fid-dar taghha fi Triq San Fidiel.
28 ta’ Ottubru
• Saret l-ewwel ‘Grand Prix de Malte’ ta’ karozzi antiki mad-dawra tal-Belt.
29 ta’ Ottubru
• Sajjied Tunezin li kien salvat minn fuq l-iskuna “Lorenza Madre”, kien operat erbat ijiem wara li ddahhal l-Isptar San Luqa mill-FAM minhabba ksur f’siequ. Huwa ntalab ihallas madwar Lm5,000.
30 ta’ Ottubru
• Joseph Barbara ta’ 52 sena mill-Marsa miet meta waqa’ minn gholi ta’ erba’ sulari fuq sit ta’ kostruzzjoni fejn kien qieghed jahdem f’Hal Tarxien.
31 ta’ Ottubru
• Halliel, li dahal f’hanut tal-merca fis-Sannat Ghawdex biex iwettaq hold-up, harab minghajr ma seraq xejn wara li anzjana hatfitlu jdejh li kellu sikkina fiha.
• Anzjan ta’ 64 sena min Naxxar kien fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn gholi ta’ tliet sulari fis-Swieqi fejn kien qieghed jahdem fuq scaffolding.
• Zewg fizzjali fl-Armata, il-Logotenent Kurunell Mario Schembri u l-Maggur Pierre Vassallo, ipprezentaw mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Prim Ministru u l-Kap Kmandant ta’ l-FAM biex iwaqqfu l-promozzjonijiet fi hdan l-Armata.
1 ta’ Novembru
• Il-Knisja tal-Madonna tal-Pilar fil-Belt Valletta ghaddiet f’idejn Heritage Malta.
2 ta’ Novembru
• Zewg hallelin wettqu hold-up fuq ricevitur tal-Lottu kmieni filghodu meta kien sejjer biex jiftah il-banka tal-lottu li ghandu fiz-Zejtun. Il-hold-up sar fi Triq Marsaxlokk fiz-Zejtun fuq ragel ta’ 55 sena mill-Gudja. Il-hallelin serqulu Lm1,600.
• Tifel ta’ 12-il sena miz-Zurrieq kien fil-priklu tal-mewt wara li waqa’ meta kien qieghed jilghab fil-Qrendi. Huwa sofra minn griehi gravi f’rasu.
3 ta’ Novembru
• Argument fuq senserija spicca b’delitt-suwicidju. Benjamin Fenech ta’ 80 sena mill-Mosta qatel lil siehbu Karmnu Sant ta’ 69 sena b’tir ta’ senter u wara dawwar l-arma fuqu u qatel lilu nnifsu. Il-kaz sehh fil-garaxx ta’ Sant fi Triq il-Luzzu fil-Qawra.
5 ta’ Novembru
• Nursing Aides, care workers, assistant care workers u health assistants ghamlu protesta fil-Belt Valletta ordnata mill-GWU.
7 ta’ Novembru
• Louis Mallia ntbghat 21 sena habs wara li nstab hati f’guri ta’ attentat ta’ qtil ta’ Gordon Calleja. Il-kaz sehh fit-30 ta’ Settembru 2004 qrib Bieb il-Belt.
• Mara ta’ 49 sena minn Tas-Sliema, li hija ricevitur tal-Lottu u li ghandha l-banka fil-Hamrun, spiccat vittma f’hold-up. B’konnessjoni ma’ dan il-kaz il-Pulizija arrestat ragel ta’ madwar 60 sena minn Hal Balzan u mara ta’ 50 sena minn Birkirkara.
8 ta’ Novembru
• F’inqas minn 24 siegha mill-hold-up tal-Hamrun, tliet hallelin wettqu hold-up iehor din id-darba fis-Swieqi fuq impjegat tal-kumpanija NM Arrigo. Il-hallelin serqu b’madwar Lm15,000 f’pakketti tas-sigaretti u tabakk.
9 ta’ Novembru
• Il-Qorti ikkonfermat sentenza ta’ ghomor il-habs ghal Alfred Azzopardi b’konnessjoni mal-qtil doppju ta’ omm u bintha. Id-delitt sehh fit-12 ta’ Novembru 2001 f’Birzebbuga.
10 ta’ Novembru
• Mohammed Sharker ta’ 33 sena minn Bangladesh b’passaport Belgjan miet fid-Dwejra f’Ghawdex wara li mewga kbira qalbitu minn fuq blata u sabtitu mal-blat. Dak il-hin il-barrani kien qieghed jiehu ritratt ta’ habiba tieghu, tfajla Russa li sofriet grieh hfief.
12 ta’ Novembru
• Vandali ghamlu hsara fil-bieb ta’ Jane Attard ta’ 82 sena, Kunsilliera fil-Kunsill Lokali ta’ l-Imdina. Il-hsara kienet ikkawzata billi tpoggew tyres jaqbdu.
• Raymond Camilleri ta’ 43 sena miz-Zurrieq beda ghaddej guri mixli bil-qtil ta’ Christopher Camilleri. Id-delitt sehh fiz-Zurrieq fis-6 ta’ Ottubru 1999.
• Madwar 60 pazjent mill-Isptar San Luqa kienu trasferiti lejn l-Isptar Mater Dei meta beda c-caqliq ta’ pazjenti lejn l-isptar il-gdid.
13 ta’ Novembru
• Diplomatici barranin residenti f’Malta ltaqghu fil-bini tal-Kummissjoni Gholja Ingliza f’Ta’ Xbiex biex jaghtu d-demm.
• L-eks-President tal-Polonja Lech Walesa ghamel zjara qasira f’Malta.
15 ta’ Novembru
• Zaren Barbara ta’ 61 sena miz-Zurrieq miet fi spluzjoni fil-kamra tan-nar ta’ Santa Katerina fiz-Zurrieq. Fl-istess accident korra gravi u kien fil-periklu tal-mewt Alfred Cassar ta’ 45 sena wkoll miz-Zurrieq.
• Hallelin serqu aktar minn Lm3,000 fi flus u oggetti tad-deheb minn residenza privata f’Hal Safi.
16 ta’ Novembru
• Il-Qorti ordnat li ma ssirx id-difna ta’ ragel barrani sakemm isiru maghrufin ir-rizultati tossikologici. Goran Lancar ta’ 31 sena mill-Kroazja nstab mejjet fl-art fil-kcina fir-residenza tieghu fil-Kalkara.
17 ta’ Novembru
• Ir-rahal taz-Zurrieq ta l-ahhar tislima lil Zaren Barbara li miet fil-kamra tan-nar ta’ Santa Katerina fiz-Zurrieq, jumejn qabel.
18 ta’ Novembru
• Giovanni Camilleri ta’ 87 sena minn Tas-Sliema, miet midrum taht is-saqaf tad-dar tieghu meta bil-maltemp sfronda s-saqaf fuqu meta kien rieqed.
• Bulgaru ta’ 29 sena miet fl-Isptar Mater Dei kawza ta’ griehi li sofra meta kien qieghed jipprattika l-‘kite surfing’ qrib it-Torri l-Abjad fl-Armier.
19 ta’ Novembru
• F’Tas-Sliema sfronda saqaf iehor izda l-anzjan ta’ 77 sena li joqghod fid-dar helisha mill-mewt ghax raqad fuq is-sufan minflok fis-sodda.
• Sirjan ta’ 37 sena, Alnakib Ammar, miet wara li waqa’ minn gholi ta’ tliet sulari meta kien qieghed jaghmel xoghol ta’ tibjid f’dar privata fiz-Zurrieq.
• Raymond Camilleri ta’ 43 sena miz-Zurrieq instab hati li qatel lil Christopher Camilleri izda nheles ghax agixxa biex jiddefendi lilu nnifsu. Id-delitt kien sehh fl-1999 fiz-Zurrieq stess.
20 ta’ Novembru
• Ir-Regina Elizabetta f’Malta ghal ftit sighat fi triqtha lejn l-Uganda.
• Zewg hallelin wettqu hold-up fuq ragel ta’ 49 sena miz-Zurrieq meta dan kien fil-karozza tieghu f’Rahal Gdid.
21 ta’ Novembru
• Hold-up iehor fuq mara f’Banka tal-Lottu f’Tas-Sliema.
22 ta’ Novembru
• Ragel ta’ 29 sena minn Had-Dingli kien fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza qrib ir-rawndebawt ta’ l-Università.
• Ron Button, it-turist Ingliz ta’ 68 sena li nhar it-Tnejn 19 ta’ Novembru waqa’ f’Bugibba, miet fl-Isptar Mater Dei.
23 ta’ Novembru
• Infethet inkjesta biex ikun stabbilit kif pazjent f’Monte Carmeli hareg u kkommetta suwicidju fil-Belt Valletta.
25 ta’ Novembru
• Alexia Baldacchino ta’ 21 sena minn Haz-Zebbug mietet wara li waqghet bil-karozza taghha gholi ta’ zewg sulari. L-accident sehh fl-Imsida.
• Lui Chang Hua, ic-Ciniz li kien ilu l-Isptar San Luqa minn Awissu u baqa’ jinzamm ghax rieduh ihallas kont ta’ Lm20,000, halla Malta akkumpanjat minn tabib Ciniz. Kien il-gurnal l-orizzont permezz tal-gurnalist Victor Vella li ghamel pressjoni biex il-kaz tas-sajjied Ciniz jasal fi tmiemu.
26 ta’ Novembru
• Ghal darb’ohra haddiem tilef hajtu fuq il-post tax-xoghol. James Aquilina, li l-Hadd, 25 ta’ Novembru ghalaq 25 sena, miet wara li waqa’ gholi ta’ tmin sulari b’Bugibba.
• Miet Alfred Cassar, it-tieni vittma li kien involut fl-ispluzjoni fil-kamra tan-nar ta’ Santa Katerina fiz-Zurrieq li sehhet fil-15, ta’ Novembru.
• Twanny Farrugia ta’ 51 sena minn Hal Lija ddahhal l-Isptar Mater Dei fil-periklu tal-mewt wara li sofra hruq estensiv meta kien qieghed jahdem fuq murtali tal-kulur fil-Kamra tan-Nar San Mikiel ta’ Hal Lija.
• Ekramy Fradi Alla Abdel Aziz Mobarak, Egizzjan ta’ 32 sena, intbghat 12-il sena habs u mmultat Lm15,000 wara li ammetta qabel ghadda guri fuq pussess u traffikar ta’ droga.
27 ta’ Novembru
• Miet Twanny Farrugia ta’ 51 sena minn Hal Lija li kien inharaq fil-kamra tan-nar ta’ Hal Lija.
29 ta’ Novembru
• Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi hatar lill-eks-Ministru John Dalli bhala konsulent tieghu.
• Halliel li wettaq hold-up f’hanut tal-helu f’San Gwann, seraq madwar Lm150. Meta kien qieghed jahrab il-halliel halla warajh il-pistola li uza fir-reat.
• Waqt laqgha li saret ghar-residenti ta’ Tignè u Qui-si-sana f’Tas-Sliema, dawk prezenti wrew l-ghadab taghhom fil-konfront tal-Gvern dwar is-sistema tat-traffiku kif proposta mill-ADT. Huma qalu li m’ghandhom ebda fiducja la fl-ADT u lanqas fil-MEPA.
30 ta’ Novembru
• Sitt hallelin wettqu hold-up ta’ aktar minn ¢1 miljun u Lm70,000 mill-fergha ta’ l-HSBC ta’ Hal Balzan.
• Ftit tal-hin qabel halliel wahdu prova jaghmel hold-up f’San Gwann li x’aktarx kien komplici mas-sitta l-ohrajn biex il-Pulizija tikkoncentra fl-inhawi ta’ San Gwann.
• Anzjan ta’ 79 sena miz-Zejtun kien fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza meta kien qieghed jaqsam minn fuq iz-zebra crossing fi Triq il-President Anton Buttigieg fiz-Zejtun.
• Ragel ta’ nazzjonalità Indjana kien fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fir-residenza tieghu stess fl-Imsida.
• Zejt uzat tal-karozzi twaddab minn fuq is-sur tal-Belt.
• Ghat-tieni darba f’gimgha zbroffa d-drenagg fl-Isptar Mater Dei.
2 ta’ Dicembru
• Louis Ellul ta’ 34 sena minn San Pawl il-Bahar u residenti Pembroke inqatel bi tliet tiri ta’ senter sparati minn Martin Gatt ta’ 59 sena wkoll San Pawl il-Bahar. Id-delitt sehh qrib il-playingfield ta’ Pembroke fil-prezenza ta’ wlied Gatt u l-mara tieghu li l-vittma kien is-sieheb taghha wara li l-koppja Gatt issepparaw.
• Miet ir-ragel Indjan li nhar il-Gimgha ddahhal l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ t-tarag fir-residenza tieghu fl-Imsida.
3 ta’ Dicembru
• Tressaq il-Qorti Martino Gatt ta’ 59 sena minn Bugibba mixli bil-qtil ta’ Louis Ellul ta’ 34 sena. Id-delitt sehh il-Hadd filghodu f’Pembroke.
• Beda ghaddej guri Ibrahim Hafes-Eldegwi, Egizzjan ta’ 42 sena b’cittadinanza Maltija, mixli b’serqa mid-dar ta’ Maria Attard ta’ 79 sena mix-Xaghra, Ghawdex. L-anzjana kienet instabet mejta f’bir f’ghalqa wara r-residenza taghha fi Frar 2002, tmin xhur wara s-serqa.
4 ta’ Dicembru
• Alfred Sant talab ghar-rizenja tal-Ministru Jesmond Mugliett minnhabba l-inkompetenza dwar il-Pont Manwel Dimech.
• Tliet hallelin wettqu hold-up fuq sid ta’ hanut tal-loghob fil-Mosta u serqulu madwar Lm500.
5 ta’ Dicembru
• Surgent u Kuntistabbli sfrattaw dak li x’aktarx kien se jkun hold-up minn fuq il-fergha tal-Bank of Valletta fil-Balluta.
• Ibrahim Hafes-Eldegwi, Egizzjan ta’ 42 sena, inghata sentenza ta’ 45 xahar prigunerija wara li nstab hati f’guri b’konnessjoni ma’ serqa mid-dar ta’ Maria Attard f’Ghawdex. Tmien xhur wara l-anzjana kienet inqatlet u l-kadavru taghha ntefa’ fi spiera.
• L-ewwel premju tal-loghba Super 5 lehaq rekord ta’ aktar minn Lm500,000 wara li ghal darb’ ohra hadd ma qata’ l-hames numri.
6 ta’ Dicembru
• Zewg hold-ups fi spazju ta’ tliet sighat. Fis-6.30 p.m. halliel wahdu ghamel hold-up fuq sid il-hanut Jos. Debono Jewellery fi Triq Santa Lucija fil-Belt minn fejn seraq 11-il pakkett bid-djamanti. Fid-9.30 p.m. zewg hallelin serqu madwar Lm300 lil sid ta’ hanut tal-loghob fi Triq Ponsomby fil-Gzira.
7 ta’ Dicembru
• Wara t-talba li ghamel Alfred Sant, iltaqa’ l-MCESD biex jiddiskuti l-problema ta’ l-gholi tal-hajja.
9 ta’ Dicembru
• Nigerjan ta’ 39 sena li kien ghadu kif wasal Malta fuq titjiera minn Tripli, instabulu madwar hames kilo droga kokaina mohbijin fil-bagalji.
10 ta’ Dicembru
• Zewg hallelin mghammda u armati ghamlu hold-up fuq sid ta’ hanut li jbiegh id-detergenti fi Triq il-Flotta fil-Gzira minn fejn serqu madwar Lm3,000.
• Ragel ta’ 52 sena minn Hal Balzan spara tliet tiri fid-direzzjoni ta’ ragel minn Bormla wara argument fuq zewgt iklieb. Il-kaz sehh f’Hal Balzan. Il-Bormliz sofra biss griehi hfief.
11 ta’ Dicembru
• Ragel Malti kien qieghed jinzamm arrestat fil-Libja fuq allegazzjonijiet ta’ traffikar ta’ klandestini.
12 ta’ Dicembru
• Il-Qorti ta’ l-Appell bidlet sentenza ta’ ghomor il-habs ghal wahda ta’ 20 sena ghal John Polidano miz-Zurrieq u Silvio Pace minn Rahal Gdid. Iz-zewgt irgiel kienu nstabu hatjin b’konnessjoni ma’ l-ispluzjoni ta’ Oxford Studio f’Rahal Gdid li kien proprjetà ta’ Polidano. Il-kaz sehh fit-18 ta’ Marzu 1992 fejn kienu nqatlu Yvette Bonnici ta’ 24 sena u binha Sean ta’ 18-il xahar.
13 ta’ Dicembru
• Malta ccelebrat it-33 sena mindu saret Repubblika. Fost dawk onorati kien hemm is-Surgent Roger Mulvaney tal-FAM li nghata l-Midalja ghall-Qlubija. Is-Surgent Mulvaney salva l-hajja ta’ turist Franciz li kien qieghed jeghreq f’bahar qawwi hafna.
• Ingliza ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Bahar kienet fil-periklu tal-mewt wara accident tat-traffiku f’Bahar ic-Caghaq.
• Hold-up iehor fuq stabbiliment tal-loghob. Zewg hallelin serqu Lm500 minn ‘Funplay’ f’Birkirkara.
14 ta’ Dicembru
• Sean Holmes ta’ 29 sena minn Wales sofra feriti f’dahru b’tiri ta’ pistola allegatament sparati minn Daniel Felice ta’ 18-il sena mill-Gharb, Ghawdex. Ghalkemm il-kaz sehh il-Hamis fil-ghaxija, kien il-Gimgha fil-ghodu li l-barrani gie Malta mimli dmijja.
• Il-Pulizija kellhom jisparaw tir ta’ twissija biex irazznu ragel mis-Serbja meta dan kien se jattakka lill-Pulizija.
15 ta’ Dicembru
• Daniel Felice ta’ 18-il sena u missieru Silvio ta’ 52 sena mill-Gharb, tressqu l-Qorti ta’ Ghawdex b’konnessjoni ma’ l-isparatura fuq Sean Holmes li sehhet fit-13 ta’ Dicembru fl-Gharb stess.
17 ta’ Dicembru
• Malti ta’ madwar 36 sena mill-Belt kien arrestat fi Spanja qabel qabad titjiera lejn Malta. Fuqu nstabu kilo droga kokaina li kienet se tkun traffikata f’Malta.
• Il-Gvern Malti ghalaq l-incineratur ta’ l-Isptar San Luqa fl-ahhar gurnata ta’ l-ultimatum li kien inghata mill-Kummissjoni Ewropea.
• Il-Pulizija arrestaw hames persuni b’konnessjoni ma’ serq minn pompi tal-petrol.
18 ta’ Dicembru
• Zaghzugh ta’ 24 sena minn Haz-Zebbug kien fil-periklu tal-mewt wara li habat f’hajt fi Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug.
• Infetah is-suq tal-petroleum biex b’hekk se jispicca l-monopolju ta’ l-Enemalta u Malta gie konformi mal-ligijiet tal-Kummissjoni Ewropea.
• Sean Holmes, ir-ragel ta’ 29 sena minn Wales li nhar il-Hamis safa ferut bi tliet tiri ta’ pistola fl-Gharb, ammetta fil-Qorti li aggredixxa lil Silvio Felice li huwa missier Daniel li jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Holmes.
19 ta’ Dicembru
• Miet Dr Gorg Mifsud Chircop fl-età ta’ 56 sena. Dr Mifsud Chircop kien specjalisita fit-teorija u l-prattika tal-folklor Malti.
• Madwar 100 hamiema tat-tigrija mietu mahruqin meta l-gallinar li kienu fih inhakem minn nirien. Il-kaz sehh fil-Mosta.
20 ta’ Dicembru
• Ragel ta’ 48 sena minn San Gwann sofra griehi gravi meta saqaf li kien qieghed jahdem fuqu sfronda u baqa’ niezel gholi ta’ madwar sular. L-accident sehh f’H’Attard.
21 ta’ Dicembru
• Malta kienet fost disa’ pajjizi li nehhiet il-fruntieri bil-bahar meta dahlet fiz-zona Schengen. Ic-cerimonja simbolika saret fil-Port ta’ Pozzalli fi Sqallija meta sar l-ewwel vjagg bil-Catamaran ‘Maria Dolores’ tal-Virtu Ferries.
• Tmenin haddiem tax-Xatt ipprezentaw protest gudizzjaru fil-Qorti dwar il-ftehim ma’ l-MDU. Il-haddiema qalu li bir-riforma fil-portijiet huma gew imqarqin.
• Grupp ta’ erba’ klandestini dahlu f’Ghawdex meta d-dghajsa li kienu fuqha inkaljat fir-Ramla l-Hamra.
• Malti u Liberjan, li kien dahal Malta klandestinament, inqabdu jittraffikaw id-droga f’Bugibba.
22 ta’ Dicembru
• Djalo Sadjuma ta’ 30 sena minn Guinea, Bissau, inqabad mill-Pulizija ta’ Kontra d-Droga u Ufficjali tad-Dwana jipprova jdahhal nofs kilo droga eroina fi 52 kapsula fl-istonku tieghu. Il-barrani inqabad fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif wasal minn Milan.
24 ta’ Dicembru
• Zaghzugh ta’ 16-il sena mill-Marsa seraq karozza Mercedes u saq b’mod perikoluz u b’velocita’ eccessiva fit-toroq tal-Hamrun u l-Marsa biex jevita lill-Pulizija li kienu qieghdin jigru warajh. Qabel kien arresta it-tfajjel aggredixxa liz-zewg Pulizija.
25 ta’ Dicembru
• Id-Dinja Kattolika ccelebrat Jum il-Milied. Kemm matul il-lejl tal-Milied kif ukoll matul l-istess jum ma kienu rrapportati ebda accident tat-traffiku.
• Matul il-Milied twiedlu ghaxart it-trabi.
26 ta’ Dicembru
• Il-Partit Labursta habbar li l-Mexxej, Dr Alfred Sant, iddahhal l-Isptar Mater Dei biex ikun operat.
• Hallelin li wettqu hold-up fuq banka tal-Lottu f’Hal Luqa serqu madwar Lm200.
27 ta’ Dicembru
• Il-Professur Anthony Zammit habbar f’konferenza ta’ l-ahbarijiet li wara intervent kirurgiku fuq Dr Alfred Sant li dan sejjer madear tliet sighat, il-Mexxej Laburista kien f’qaghda stabbli.
• Hallelin serqu b’madwar Lm1,200 f’apparat elettroniku minn stabbiliment f’Santa Venera.
• Il-Pulizija tal-Mobile arrestaw zewgt irgiel wara li waqfuhom fil-Qawra. Fil-Landrover li kienu fiha l-irgiel instabet pistola bil-munizzjon kif ukoll oggetti ohrajn li jintuzaw waqt hold-ups fosthom balaklavi.
28 ta’ Dicembru
• Ragel Germaniz li kien ghadu kif wasal Malta fuq titjiera minn Tunez, instab li kellu 800 gramma kokaina mohbija f’par zarbun li kien qieghed igorr fil-bagalija.
• Zewg hallelina wettqu hold-up fuq anzjana ta’ 77 sena li toqghod f’San Gwann meta kienet id-dar taghha. Il-hallelin serqulha flus, televizjoni, apparat elettroniku u pittura. Huma ghabbew l-oggetti fil-karozza tal-vittma u harbu bl-istess karozza.
29 ta’ Dicembru
• Thabbar li sax-xahar ta’ Novembru, id-dejn tal-Gvern kien jammonta ghal Lm1.42 biljun, zieda ta’ Lm54.8 miljun fuq l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.
30 ta’ Dicembru
• Permezz tal-Professur Anthony Zammit, il-Mexxej Laburista rringrazzja lill-poplu kollu ghas-solidarjeta’ li wera mieghu.
31 ta’ Dicembru
• l-orizzont zvela b’mod esklussiv kif Pulizija Maltin ghadhom armati b’revolvers antiki li bdew jigu manifatturati 120 sena ilu.